15.17 – L-Imħallef Doreen Clarke – il-kawża ġiet differita għall-Erbgħa 5 ta’ Lulju fit-8.30am.
15.16 – Jintemmu s-sottomissjonijiet.
15.11 – Charlon Gouder qal li l-inkjesta għandha tkompli taħt Maġistrat ieħor biex ikun hemm l-imparzjalità.
15.06 – L-Imħallef tirritorna lura fl-awla u tkompli s-seduta.
15.01 – L-Imħallef tissospendi s-seduta għal ftit minuti.
14.32 – L-Avukat James D’Agostino qed jgħid li m’hemmx għalxiex dan il-każ jinstema’ b’urġenza biex wieħed iħalli lill-istituzzjonijiet jaħdmu.
14.23 – Wara li lesta d-diskors tiegħu, l-Avukat Charlon Gouder mar ikellem lil Joseph Muscat.
14.00 – Charlon Gouder qal li qiegħed hawn għax ma jridx li jinkiser wieħed mid-drittijiet fundamentali li għandu Joseph Muscat. Hu qal li l-interim measure hija l-aħjar għodda f’dan il-każ.
13.52 – Joseph Musat jerġa’ jikteb iktar noti fuq karta.
13.49 – L-Avukat Gouder qed jaqra r-raġunjiet tal-klijent tiegħu dwar it-talba għas-smiegħ tal-każ b’urġenza.
13.42 – Charlon Gouder talab biex ikollu f’idejh ir-rikors li kien għamel Muscat u d-deċiżjoni tal-Maġistrat Inkwerenti li ma kinitx laqgħet it-talba ta’ Joseph Muscat.
13.37 – Sakemm l-inkjesta tkun għadha għaddejja, l-Avukat D’Agostino għamilha ċara li ebda dokument ma jista’ jkun rilaxxat. Dan hekk Charlon Gouder qed jitlob kopja ta’ rikors li kien għamel Joseph Muscat u d-digriet li kien ingħata.
13.35 – Muscat itemm ix-xhieda tiegħhu.
13.29 – Muscat ġie mistoqsi mill-Avukat James D’Agostino dwar x’jaħseb li tfisser inkjesta maġisterjali. Huwa qal li jifhem li ssir investigazzjoni dwar il-materja mitluba. Qal li din il-materja mhux sempliċiment inkjesta maġisterjali oħra iżda hemm riperkussjonijiet politiċi oħra. Muscat qal li ma jistax ikun hemm preġudizzju meta tiġi biex tittieħed deċiżjoni. Skont Muscat, il-qraba tal-Maġistrat esprimew il-fehma tagħhom u l-pożizzjoni tagħhom fir-rigward tal-materja li qed tiġi investigata. Muscat qal li fir-rikors tiegħu, l-oġġezzjoni tiegħu hi l-parentela mal-Maġistrat u fuq il-fatt li titfa’ problema f’ħoġor il-Qorti li mhux qed issir ġustizzja.
13.27 – Joseph Muscat qal li huwa ried jixhed imma l-Maġistrat Gabriella Vella qatt ma talbitu biex jixhed. Il-punti kollha li joħorġu minn dan id-digriet jagħti l-lok li jkun hemm interim measure.
13.22 – Joseph Muscat qal bejn l-2013 u l-2020 kien Prim Minisitru ta’ Malta. Huwa qal li jara sitwazzjoni fejn il-mument li l-Maġistrat Inkwerenti għamlet ġudizzjoni fir-rigward tal-qraba tagħha, fejn qalet li dak li qalu huma huwa liebrtà tal-espressjoni, dak il-ument hija għamlet ġudizzju u ħadet naħa li hija n-naħa tal-qraba tagħha u għalhekk kontrih. Qal li minndak il-mument ‘il quddiem, il-każ ġie preġudikat u d-drittijiet tiegħu kienu qegħdin mittiefsa. Hu qal li t-talba għar-rekuża skattat l-opinjoni tal-Maġistrat Inkwerenti li fuqha qed jitlob li tirrikuża ruħha. Mat-talba għar-rekuża fejn il-punt ewlieni kien il-fehmiet li ħadu qraba tagħha fuq il-materja li kienet qiegħda tistħarreġ, kienet tilob li ssir rekuża. Jemmen li hemm il-bżonn ta’ interim measure biex ma jkunx hemm iktar periklu tal-ksur tad-drittijiet teigħu.
13.20 – L-Imħallef Doreen Clarke wara li semgħet is-sottomissjonijiet kollha, se tieħu deċiżjoni ta’ x’se jsir. Jitla’ jixhed Joseph Muscat dwar it-talba għas-smiegħ b’urġenza.
13.15 – Joseph Muscat jikteb xi noti fuq karta b’reazzjoni għal dak li qal l-Avukat Jason Azzopardi.
13.10 – James D’Agostino qal li hawn għandna sitwazzjoni fejn Robert Aquilina jidher li huwa interessat biex jipparteċipa minħabba xi ħaġa li kien qal Joseph Muscat.
13.05 – L-Avukat James D’Agostino, li qed jirrappreżenta lill-Avukat tal-Istat qal li premess li hemm qbil mal-pożizzjoni ta’ Muscat li t-talba tal-għaqad Repubblika għandhom jiġu miċħuda, huwa dover tiegħu li jonqos jekk ma jmurx on record li hemm bżonn jiddistakka ruħu min-narrattiva tal-Avukat Charlon Gouder.
12.55 – L-Avukat Charlon Gouder saħaq li m’hemmx il-kunidzzjonijet meħtieġa biex Repubblika tkun parti minn din il-kawża. Qal li skont hu Repubblika trid tintervjeni sempliċiment biex taffaċċja lil Joseph Muscat. Charlon Gouder qal biex Repubblika jsemmu darba waħda biss fejn il-Qorti sabet li l-eks Prim Minsitru Joseph Muscat huwa korrott. “Iridu jintervjenu biex lil Joseph Muscat jisfidawh wiċċ imb’wiċċ f’din l-Awla” qal Gouder.
12.45 – Fis-sottomissjoni tiegħu l-Avukat Charlon Gouder qal li l-mertu ta’ dawn il-proċeduri jirrigwardjaw lil Muscat kontra l-Istat għall-ksur tad-drittijiet fundamentali tiegħu. Gouder sostna li l-interess ta’ Repubblika tan-Nutar Robert Aquilina mhux għax għandhom dak l-interess ġuridiku imma għax jinteressahom l-eżitu ta’ din il-kawża.
12.40 -Joseph Muscat bħalissa jinsab bil-qiegħda fuq bank fl-Awla jisma’ dak li qed jintqal… fuq wiċċu… ebda espressjoni.
12.30 – Jason Azzopardi ta diversi eżempji ta’ kawżi li kien hem fil-passat sabiex il-Qorti timxi fuq fuqhom u taċċetta li Repubblika jkunu parti minn din il-kawża wkoll u tintervjeni fiha.
12.27 – L-Avukat Jason Azzopardi qed jitlob biex Repubblika jkunu parti mill-kawża. Fis-sottomissjoni tiegħu, Azzopardi qal li l-interess ta’ Repubblika huwa lampanti għal iktar minn raġuni waħda. Hija bl-istatut marbuta li tippromwovi s-saltna tad-dritt f’pajiżna. Repubblika hija l-unik assoċjazzjoni li tagħmel dan, li titkellem fuq is-saltna tad-dritt u allura għandha dritt li tkun parti minn din il-kawża.
12.26 – Dehru wkoll Robert Aquilina għall-għaqda Repubblika assitit mll-Avukat Jason Azzopardi. L-Avukat James D’Agostino qed jirrappreżenta lill-Avukat tal-Istat.
12.25 – Joseph Muscat jidħol f’Awla 24. Muscat huwa assistit mill-Avukat Charlon Gouder.
Iktar kmieni
Ftit tal-minuti ilu wasal il-Qorti l-eks Prim Ministru Joseph Muscat fejn se jkun qed jixhed f’kawża li fetaħ huwa stess kontra l-Avukat tal-Istat biex b’urġenza l-Maġistrat Gabriella Vella ma tkomplix tmexxi l-inkjesta fuq l-isptarijiet – fid-deal li sar mal-VGH.
Il-kawża se tkun qed tinstema quddiem l-Imħallef Doreen Clarke.
//= $special ?>