Lokali

Ħaddiem fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ f’sit ta’ kostruzzjoni f’Paceville

Raġel ta’ 50 sena residenti Ħal Tarxien qed jissielet għal ħajtu wara li waqa’ għoli ta’ madwar sular f’sit tal-kostruzzjoni fi Triq Santu Wistin, f’Paceville għall-ħabta tad-9:30am.

Minn investigazzjoni preliminari rriżulta li r-raġel kien qiegħed jagħmel xi xogħlijiet fis-sit.

Fil-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku sabiex jassistu, u ambulanza ħadet ir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Astrid May Grima li fetħet inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija u tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għadhom għaddejjin.