Fi stqarrija maħruġa miċ-Chairman tal-Kummissjoni Elettorali Peter Fenech tħabbar li llum fis-1pm għalaq il-perjodu tan-nomini għall-Kunsillieri tal-Kunsill Ġenerali biex ikunu membri fil-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista. Matul il-perjodu tan-nomini, daħlu b’kollox 25 nomina. Il-persuni li tefgħu n-nomina tagħhom huma:
Nisa:– Apap Doris– Bartolo May– Bonello Felice Roberta– Cachia Mary– Dalli Michela– Farrugia Sandra– Higgans Jacqueline– Perici Calascione Veronica– Said Curmi Elizabeth
Irġiel:– Abela Alexander– Fenech Adami Michael– Grech Joseph Mark– Piccinino Michael– Portelli Stanley Joe– Rosso Mario– Said Alan– Salerno Joseph– Sciberras Leone– Zammit Dimech Francis
Żgħażagħ:– Barbara Jean Paul– Curmi Kevin– Jacobsen Alexander– Portelli Nicole
Għawdxin:– Galea Beppe– Theuma Maria Victoria
Is-Sibt, 24 ta’ Ġunju se tinżamm votazzjoni biex ikunu eletti sitt nisa u sitt irġiel mil-listi rispettivi. Fil-każ tal-listi taż-żgħażagħ u l-Għawdxin, dawk li tefgħu n-nomina huma awtomatikament eletti minħabba li ntefgħu nomini kemm mitlubin fl-Istatut tal-Partit.
L-elezzjoni se tinżamm bejn id-9am u l-5pm fid-Dar Ċentrali f’Tal-Pietà u bejn id-9am u t-3pm fis-Sub-Headquarters f’Ta’ Sannat. Min ma jistax dakinhar, jista’ jivvota fl-elezzjoni bikrija, li se tinżamm it-Tnejn li ġej, 19 ta’ Ġunju bejn il-5pm u d-9pm fl-istess postijiet.
//= $special ?>