Lokali

L-MCAST b’Open Day għall-istudenti prospettivi

Il-Malta College for Arts, Science and Technology (MCAST), se tkun qed torganizza Open Day għall-studenti prospettivi u l-familji tagħhom.

F’din il-ġurnata l-istudenti se jkunu jistgħu jaraw u jifhmu l-ħajja f’dan il-kulleġġ minn xiex tikkonsisti filwaqt li jsibu dak li qed ifittxu fil-ħajja edukattiva tagħhom, dan billi jżuru faċilitajiet edukattivi li jinkludu l-librerija l-ġdida, laboratorji u l-MCAST Resource Centre Building fost l-oħrajn. Madanakollu, l-istudenti se jkollhom iċ-ċans jiltaqgħu mal-għalliema prospettivi tagħhom.

Apparti minn hekk, l-Open Day se tkun miftuħa ukoll għal dawk l-adulti li huma interessati jidħlu f’courses offruti f’din l-istituzzjoni, filwaqt li se jiġi spjegat l-apprentistat, u d-dettalji kollha li hemm bżonn biex wieħed japplika għalih.

L-ewwel Open Day se tinżamm fil-Kampus ta’ Paola fit-23 ta’ Ġunju mis-6pm sal-10pm, filwaqt li t-tieni Open Day se tinżamm fil-25 ta’ Ġunju fil-Kampus tal-Mosta mill-5pm sad-9pm.

Ritratt: MCAST Communications Department