Lokali

‘Minions’, ‘Top Gun’ u ‘Jurassic World’ l-aktar films popolari fost il-Maltin matul is-sena li għaddiet

Kważi nofs miljun persuna żaru s-swali taċ-ċinema matul is-sena li għaddiet, f’Malta u Għawdex. Dan hekk kif f’pajjiżna jinsabu 23 sala taċ-ċinema li jesgħu ftit inqas minn 4,000 persuna.

Total ta’ 376 film u ftit iżjed minn 27,000 screening intwerew matul is-sena li għaddiet, fejn fost l-aktar films popolari jinkludu ‘Minions: The Rise of Gru’, ‘Top Gun: Maverick’ u ‘Jurassic World: Dominion’.

Bil-films Maltin, li jaqgħu taħt il-kategorija ta’ ‘short films’, jkollhom madwar 15,000 spettatur.