Raġel qed isofri minn ġrieħi gravi wara li għall-ħabta tat-8am waqa’ għoli ta’ madwar 4 sulari f’shaft waqt li kien qed jaħdem f’sit ta’ kostruzzjoni.
L-inċident seħħ fi Triq il-Kappillan Mifsud, Santa Venera.
Fil-post issejjħu membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku b’ambulanza fejn wara li taw l-ewwel għajnuna, ir-raġel, li hu mill-Ghana, ittieħed l-Isptar Mater Dei għal iktar kura. Hemmhekk hu ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija u tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għadhom għaddejjin.
//= $special ?>