Sewwieq ta’ mutur weġġa’ gravi f’inċident li seħħ illum għall-ħabta tat-08:15am fi Triq San Anard, Raħal Ġdid.
Fl-inċident kienu involuti Toyota Avensis misjuqa minn mara ta’ 32 sena residenti ż-Żejtun u l-mutur tat-tip Yamaha misjuq minn żagħżugħ ta’ 24 sena residenti Wied il-Għajn.
Iż-żagħżugħ ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>