Fil-De Grolsch Veste , Spanja għaddew għall-finali tal-UEFA Nations League b’rebħa missielta kontra l-Italja bl-iskor finali jkun ta’ 2-1.
Spanja ma damux biex fetħu l-iskor hekk kif wara 3 minuti logħob Yermi Pino għeleb lil Donnarumma minn żball banali tad-difensur esperjenzat Bonucci.
L-Italja kisbu d-draw ftit minuti wara permezz ta’ penalty mogħti mill-attakkant Ciro Immobile li xeħet fir-rokna t’isfel tax-xellug u għamel l-iskor indaqs. Il-penalty wasal minn handsball tad-difensur Robin Le Normand hekk kif pprova jiddefendi x-xutt ta’ Zaniolo.
L-Italja kważi marru fil-vantaġġ għall-ewwel darba fil-partita wara 21 minuta permezz ta’ Davide Frattesi minn suġġeriment ta’ Jorginho, madankollu l-gowl kellu jitħassar hekk kif wara konsultazzjoni tal-VAR, il-midfielder ta’ Sassuolo nstab li kien qiegħed f’pożizzjoni rregolari.
L-ewwel taqsima ntemmet f’parità missielta ta’ 1-1, biż-żewġ skwadri jkollhom l-opportunita’ li jmorru fil-vantaġġ.
Wara ħafna pressjoni mit-tim Spanjol, La Furja Roja marru fil-vantaġġ għat-tieni darba fil-partita fit-88 minuta permezz ta’ konklużjoni ta’ Joselu li xeħet fix-xibka minn xutt devjat ta’ Rodri.
//= $special ?>