Sport Sport Ieħor

Table Tennis: Jitkompla l-Kampjonat Nazzjonali

Wara l-waqfa minħabba l-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa, tkompla l-kampjonat nazzjonali tal-Malta Table Tennis Association li issa daħal f’fażi interessanti hekk kif matul dan ix-xahar jintrebħu l-unuri prinċipali.

Fl-istess waqt, il-kampjonat inqasam f’Championship u Relegation Pool bil-partiti li jmiss għandhom deċiżivi.

HITT Academy Tibhar rebħu l-konfront dirett kontra Alpha Gewo 5-1 sabiex baqgħu jżommu l-ewwel post tal-klassifika filwaqt li fetħu vantaġġ ta’ erba’ punti fuq l-istess avversarji.

Top Spin TT Academy Andro telgħu fit-tielet post tal-klassifika flimkien ma’ MITTC Butterfly għalkemm xejn ma sabuha faċli sabiex jegħlbu lil HITT Academy Kyte Consultants.

Mir-Relegation Pool, HITT Academy Home Trends kisbu rebħa importanti ta’ 4-3 kontra l-isfidanti Mosta Gunners filwaqt li Top Spin Roxon għelbu lil HITT Academy Valletta 4-2.

KLASSIFIKA – KAMPJONAT L-EWWEL DIVIŻJONI – CHAMPIONSHIP POOL

HITT Academy Tibhar 18, Alpha Gewo 14, Top Spin TT Academy Andro, MITTC Butterfly 12, HITT Academy Kyte Consultants 10.

KLASSIFIKA – KAMPJONAT L-EWWEL DIVIŻJONI – RELEGATION POOL

HITT Academy Home Trends 10, Mosta Gunners 9, Top Spin Academy Roxon 6, HITT Academy Valletta 5

KLASSIFIKA – KAMPJONAT IT-TIENI DIVIŻJONI – CHAMPIONSHIP POOL

MITTC Butterfly Angela Bajada 18, Alpha Calleja Ltd 16, Top Spin TT Academy Hexer 15, HITT Academy FXP 14, HITT Academy ITX 11

KLASSIFIKA – KAMPJONAT IT-TIENI DIVIŻJONI – RELEGATION POOL

Top Spin Academy TT Supercores 13, PBC Table Tennis Blue Fire, HITT Academy Legends 11 Alpha Sensus 9, MITTC Butterfly Rozena 8.