Lokali

Żagħżugħ iweġġa’ gravi wara ġlieda waqt logħba futbol fil-Għargħur

L-Isptar Mater Dei - Mill-Arkivji

Żagħżugħ ta’ 25 sena weġġa’ gravi wara ġlieda li seħħet ilbieraħ fi ground tal-futbol fil-Għargħur.

L-argument jidher li inqala’ għall-ħabta tat-8pm meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza f’dan il-ground li jinsab fi Triq Stiefnu Zerafa.

Il-Pulizija marru mill-ewwel fil-post u minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li raġel min-Nepal ta’ 25 sena, residenti San Pawl il-Baħar, sofra xi ġrieħi wara li qam argument bejn il-players taż-żewġ timijiet.

Fil-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti u ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei għall-kura medika, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi ta’ natura gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.