Lokali

AnneMarie Grech iżżur id-Dar tal-Anzjani ta’ Bormla

Ilbieraħ is-Sinjura AnneMarie Grech żaret id-Dar tal-Anzjani f’Bormla fejn kellha l-opportunità tiltaqa’ u titkellem mal-anzjani residenti f’din id-Dar li bħalissa qed jippreparaw sabiex ikunu rillokati f’dar oħra.

L-anzjani urew it-tħassib tagħhom għall-fatt li qatt ma kienu lesti għal din il-bidla li seħħet f’daqqa. Hekk kif la huma u lanqas il-qraba tagħhom ma kienu preparati mentalment.

Ma’ AnneMarie Grech, huma stqarew li l-ansjetà qalb ir-residenti żdiedet, fejn saħqu li qed iħossu li ħaddieħor ħa d-deċiżjonijiet f’isimhom.

Is-Sinjura AnneMarie Grech appellat għas-sensittività, filwaqt li għamlet kuraġġ lil dawn ir-residenti u lill-qraba tagħhom.