Għaxaq telgħu fl-ewwel post tal-klassifika meta f’darhom għelbu lit-tim ta’ Birżebuġa 21 ma 3 u Żebbuġ tilfu barra minn darhom kontra t-tim ta’ Birkirkara.
Birkirkara wetqu rebħa tajba kontra t-tim li kien qed jokkuppa l-ewwel post meta għelbu lit-tim ta’ Ħaż-Żebbug 21 ma 6 biex kisbu l-ħames rebħa tal-istagun bil-captain Brian Bugeja jkollu wirja stupenda.
Birgu rebħu barra minn darhom kontra t-tim ta’ Buġibba li wkoll qed ikollom staġun tajjeb bil-Ġirbin ikunu superjuri u jirbħu l-loghba 21 ma 5 biex baqgħu ijokkupaw it tieni post flimkien ma’ Msida u Żebbuġ.
Msida kisbu rebħa tajba meta għelbu lit-tim ta’ Żurrieq 21 ma 14 u baqgħu jżommu t-tieni post, punt taħt il-leaders Għaxaq.
F’logħba sabiħa u eċċitanti sal-aħħar, it-tim ta’ Lija ħareġ rebbieħ 21 ma 20 kontra t-tim ta’ Qormi San Bastjan biex Lija kisbu t-tielet rebħa tagħhom u ħallew il-Qriema fl-aħħar post tal-klassifika b’punt wieħed biss.
St. Peters Boċċi Klabb Żabbar irritornaw għar-rebħ meta għelbu lit-tim ta’ Marsamxetto 21 ma 14.
| KLASSIFIKA | PTI |
| GĦAXAQ | 9 |
| MSIDA | 8 |
| ŻEBBUĠ | 8 |
| BIRGU | 8 |
| BUĠIBBA | 6 |
| ST. PETERS BOĊĊI KLABB ŻABBAR | 5 |
| BIRKIRKARA | 5 |
| LIJA | 3 |
| ŻURRIEQ | 3 |
| MARSAMXETTO | 2 |
| BIRŻEBBUĠA | 2 |
| QORMI SAN BASTJAN | 1 |


