Wara erba’ sigħat u nofs ta’ indirizz lill-ġurati l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera bagħtithom jiddeliberaw biex joħorġu b’verdett. Is-Sibt fid-9am l-Imħallef bdiet tindirizza lill-ġurati biex ftit qabel is-1.30pm talbithom biex jaslu għal deċiżjoni fil-ġuri tal-omiċidju ta’ Brian Rosso, li sal-lum għadu meqjus bħala persuna nieqsa wara kważi 18-il sena.
Fil-jum tal-Ġimgħa l-Prosekuzzjoni u d-difiża għalqu l-każ tagħhom. Minkejja li hi spjegat il-bażiku lill-ġurati li ħadd minnhom mhu espert legali l-Imħallef tat spjegazzjoni ċara dwar kif jimxu ġurijiet bħal dawn. Kien għall-ħabta biex tad-9am li l-ġurati bdew jingħataw gwida u direzzjoni legali mill-Imħallef.
Id-disgħa ġurati tmien irġiel u mara ngħad lilhom mil-Imħallef l-importanza ta’ x’għandhom jiżnu jew addirittura jiskartaw fuq dak li semgħu. Jekk jemmnu xhud f’kollox u l-konsistenza tiegħu. Li għandhom jimxu biss fuq il-fatti u mhux x’setgħu semgħu fuq il-każ fit-triq, xi ħaġa li għandhom jiskartaw totalment.
L-importanza li l-każ irid idur mal-provi waqt il-ġuri u li għandhom jiddeċiedu favur jew kontra meta jqisu kollox. Dwar ukoll il-ġustizzja li trid issir kemm mal-akkużati, l-allegat vittma u s-soċjetà. Ingħad lilhom ukpll li huma Imħallfin tal-fatt u għalhekk issa mill-provi li semgħu jridu jiddeċiedu.
Bħal kull indirizz l-Imħallef tagħti struzzjonijiet lill-ġurija dwar il-liġijiet rilevanti li għandhom jiggwidawhom. Meta tagħti l-istruzzjonijiet, l-imħallef tkun qed tiddikjara l-kwistjonijiet fil-każ u jiddefinixxi kwalunkwe termini jew kliem li jistgħu ma jkunux familjari għall-ġurati.
Issir gwida l-istandard tal-prova li l-ġurati għandhom japplikaw għall-każ – “lil hinn minn dubju raġonevoli” f’każ kriminali, “preponderanza tal-evidenza” f’każ ċivili. L-imħallef qrat sezzjonijiet tal-liġijiet applikabbli. L-imħallef qalet lill-ġurati li huma l-uniku imħallef tal-fatti.
L-imħallef indikat fl-istruzzjonijiet tagħha l-interpretazzjoni tal-liġijiet rilevanti li jirregolaw il-każ, u li l-ġurati huma meħtieġa li jaderixxu ma’ dawn il-liġijiet fit-teħid tad-deċiżjoni tagħhom, irrispettivament minn dak li l-ġurati jemmnu li l-liġi hija jew li għandha tkun. Fil-qosor, il-ġurati jiddeterminaw il-fatti u jaslu għal verdett, fi ħdan il-linji gwida tal-liġi kif determinat mill-imħallef.
Difiża u Prosekuzzjoni
Meta kien qed jagħmel il-kontro-replika tiegħu fil-ġuri dwar l-omiċidju ta’ Brian Rosso l-Avukat Franco Debono li qed jidher għal Anthony Bugeja qal li l-każ kontra l-klijent tiegħu u l-akkużat l-ieħor Piero Di Bartolo huwa mibni biss minn naħa tal-prosekuzzjoni fuq il-fantasiji u s-suppożizzjonijiet.
Anthony Bugeja ta’ 55 sena minn Marsaxlokk u Piero Di Bartolo – Taljan ta’ 49 sena, li kien joqgħod Birżebbuġa qed jiġu akkużati bil-qtil ta’ Rosso ta’ 48 sena minn Marsascala b’tiri ta’ arma tan-nar. Bugeja qed jiġi mixli bil-qtil filwaqt li Bartolo qed jiġi mixli bil-kompliċità fil-qtil.
Debono qal lill-ġurati li hawn m’għandniex ċertifikat tal-mewt u d-deċiżjoni trid issir fuq dak li nstema’ fil-Qorti u mhux dak li ngħad barra. Qal li t-tweġiba hija l-prova u mhux il-mistoqsijiet li saru fil-ġuri.
“Xi prova trid iġib f’każ ta’ omiċidji? Għandha prova jekk mietx, jew kif inqatel. Ma nistgħux nimxu bil-konġetturi u suppożizzjonijiet. Jekk tmur il-każin ma sħabek tista’ tgħid li trid, imma fil-Qorti trid timxi skont il-liġi.
“Hemm prova li miet, nafu fejn qiegħed? Tista’ tkun ċert li miet? Ma tistax tgħid li kieku għadu ħaj dan tfaċċa. Martu qalet ukoll li kien ibati minn xi kundizzjonijiet ukoll. Din hi mistoqsija oħra”, qal l-Avukat Debono.
Kompla jgħid li m’għandhiex prova waħda li l-persuna nqatlet. Ħadd ma ġab prova waħda. Il-fatt li nstab senter f’garaxx jew li kien hemm xi oġġetti maħruqa fil-madwar, ma jfissirx li Rosso inqatel. Staqsa jekk kien hemm xi ħadd li ra lil xi ħadd jispara? Sakemm ma wieħed ma jirrikorrix għall-fantasija, allura le. Jekk ngħidu li jista’ jkun li nqatel dan ma jwassal għal imkien.
Jekk it-tweġiba tiegħek hi li jista’ jkun inqatel mhux biżżejjed skont il-liġi u vera kollox jista’ jkun imma din mhux prova. Biex ikollna prova, jrid ikollok il-katavru, patoloġisti, ssir awtopsja u dak kollu li jġib miegħu biex tiġi stabbilita l-kawża tal-mewt.
Huwa minnu li ma tistax tgħid li għax ma hemmx katavru ma hemm omiċidju. Li hu żgur li f’dan il-każ għandha toqba enormi fil-provi. Tenna li fuq iż-żewġ akkużati ma hemm l-ebda prova. Tenna wkoll li jista’ jkun li dan huwa każ ta’ ‘self defence’ għax Rosso dejjem kien jiġri bir-revolver, imma dawn huma kollha suppożizzjonijiet. Il-fatt li kien hemm is-senter fuq ir-rough tad-dar ukoll ma jfisser xejn.
Ma hemm l-ebda prova fuq xhiex intuża, jekk intuża s-senter. Lanqas mhija prova kbira għax il-garaxx instab nadif, għax instabb martell. Il- provi huma tal-baħħ. Liema sajjied ma jkollux martell”, kompla jgħid Dr. Debono. Dwar barmil bl-iskrataċċ li nstab qal li jista’ jkun li dan kien ilu hemm 10 snin. Kien hemm xi ħadd li qalilna meta sar il-konkos fil-barmil? Apparti x’inhi r-relevenza tiegħu dan kollu?.
“Ftakru li tridu taħdmu fil-paraemtru tal-liġi u kull dubju irid imur favur l-akkużat,” Debono qal lill-ġurati. Kompla li dwar iċ-ċirkostanzi dawn ma jigdbux kif ingħad mill-prosekuzzjoni – imma jistgħu jqarrqu bik. Huwa ma qabilx ukoll mat-teżi tal-proekuzzjoni li dan kien omiċidju premeditat. Staqsa minn fejn ħareġ dan kollu. Qal li dan huwa jigsaw puzzle kollu toqob.
Debono qal li l-prosekuzzjoni spiċċat tattakka x-xhieda tagħha stess, f’każ għajjien li bl-attakk fuq ix-xhieda tkompla jegħreq. Sostna li Rosso kien bin-negozju u ma kienx baħnan. Mar xtara pistola għax kien imbeżża’ u kien qal lil Michael Cassar, dak iż-żmien assistent kummissarju li kien qed jikxef nies fuq, allura kellu raġun Cassar li ma kienx ta’subajgħ f’ħalqu.
L-avukat Roberto Montalto li qed jidher għal Di Bartolo staqsa kif torbot is-senter, il-pouch u l-ħabi tal-katavru ma’ Piero di Bartolo? X’kien eżatt l-involviment ta’ di Bartolo f’din it-teżi tal prosekuzzjoni. Qal li t-tweġiba hija ċara – m’hemm xejn.
Dwar l-informazzjoni kunfidenzjali staqsa min huma n-nies li jagħtu informazzjoni kunfidenzjali? Qal li huma tnejn il-kategoriji – dawk li jafu x’ġara, jixtiequ li l-ġustizzja ssir iżda jibżgħu u dawk li għandhom ix-xewqa li jiżvijaw l-investigazzjoni. Tenna li apparti hekk l-informazzjoni kunfidenzjali kienet fuq Bugeja u staqsa fiex jidħol di Bartolo. Saħaq li l-prosekuzzjoni hija ddisprata.
Sostna li tant ma kienx hemm relazzjoni bejn di Bartolo u Rosso, u li l-mara ta’ Rosso meta ġiet fl-awla biex tagħti x-xhieda tagħha u staqsewha jekk tarafx lill-akkużati, lanqas biss kienet tafu lil di Bartolo.
Hemm biżżejjed evidenza ċirkostanzjali li twassal biex l-irġiel jinstabu ħatja ta’ qtil – Il-Prosekuzzjoni
Evidenza ċirkostanzjali hi biżżejjed biex twassal għas-sejbien tal-ħtija ta’ żewġ sajjieda akkużati bil-qtil ta’ Brian Rosso. Il-qtil kien ippjanat bl-akkużati jagħmlu minn kollox biex jaħbu u jgħattu l-evidenza. Fil-garaxx ta’ wieħed minnhom instabu fost affarijiet oħra martell u 111-il skartoċċ maġunin fis-siment. Instab ukoll senter.
Dan żgur ma kien każ ta’ qtil ta’ passjoni stantanja, iżda kien delitt ippjanat u premeditat. Jekk evidenza ċirkostanzjali tkun qed tipponta fl-istess direzzjoni dan hu biżżejjed. Dan ħareġ il-Ġimgħa filgħodu fil-ġuri ta’ żewġt irġiel li jinsabu akkużati b’rabta mal-qtil ta’ Albert Brian Rosso 18-il sena ilu. Il-ġuri li qed jinstema’ quddiem l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera daħal fil-ħames jum tiegħu u jinsab riesaq lejn tmiemu.
Il-vittma kien jaħdem fiċ-ċentru tal-akkwakultura ta’ San Luċjan bħala Marine Biologist u kien ko-proprjetarju ta’ żewġ bastimenti tas-sajd. Skont il-prosekuzzjoni l-qtil seħħ filgħodu wara tilwima fuq bastiment minnhom bl-isem ta’ Desiree.
Dr. Angelle Vella qalet li xray fuq il-barmil mimli siment li kien fil-garaxx ma kien qabad xejn u saret talba biex is-siment jitkisser u li kellhom jużaw sega u hawn nstabu aktar minn 100 skartoċċ. “Dawn l-iskrataċċ kollha, jaħlihom kaċċatur.” qalet l-avukat Vella. Hija semmiet ukoll kif faċata ta fejn seħħ id-delitt kien hemm materjal maħruq fosthom ngwanta qatran u ċaaruta maħruqa. “ Użaw il-buon sens.’ qalet il-prosekutur lill-ġurati.
Hi semmiet ukoll l-martell li kien fil-garaxx biż-żebgħa ħadra miegħu u staqiet għaliex dan intuża. Bugeja kellu bżonn l-għajuna ta’ Di Bartolo biex jeħilsu minn Rosso u ġisem mhux ta’ kemm taħbih u għalhekk Bugeja u sieħbu ppjanaw kollox.
Vella staqsiet ukoll min kellu l-interess jitfi l-GPS tad-dgħajsa li ġiet imtella l-art fuq ordni tal-Maġistrat. Qalet ukoll li fost ix-xhieda kien hemm wera attitudni differenti. Kollega tax-xogħol ta’ Brian Rosso qalet li ratu ċċassat quddiem il-kompjuter għax kien inkwetat ħafna. “Ma nafx u ma niftakarx jekk turuni nikkonferma x’ingħad,” hekk xehdet fil-Qorti. Dan fuq l-aħħar kliem li ngħad bejnha u Rosso.
Dwar il-persuna li biegħ revolver lir-Rosso, anke dan għal xi raġuni ma ridt jgħid xejn, jew aħjar ma jiftakarx jekk kien hemm xin diskors mal-vittma fuq din l-arma. Dwar l-informazzjoni kunfidenzjali tas-Supretendent Louise Calleja, li qalet li kellha fuq il-każ, l-avukat prosekutur qalet li l-prosekuzzjoni obbligata li tressaq kull prova.
“Jekk tellajna xi esperti li ma rriżultalhom xejn ma jfissirx li ma ġara xejn, jiġifieri li nqatel fir-residenza ta’ Bugeja. Kien hemm telefonata anonima li qalet li rat lill-akkużati jipparkjaw fejn il-maħżen. Raġel ipparkja u raġel ieħor jistennih xid-9am. Ma kienx hemm ċavetta tal-karozza pero instabu l-mazz taċ-ċwievet ħlief iċ-ċavetta tal-vann. Dik kienet eliminata.
Il-prosekutur qalet li mill-provi jirriżulta li Anthony Bugeja ċempel biex imur id-dar tiegħu f’Marsaxlokk, hemm prova li t-telefonata saret. Fit-8.12 24 dak ingha li għeb il-vittma. Rosso inqabad mit-torri San Luċjan fit-telefonata u Bugega mit-torri taż-Żejtun. Qalet li l-qtil sar fuq diżgwid tal-flus u li Bugeja ried id-dgħajsa, Il-mottiv kien ir-rgħejba għall-flus.
Diżgwid kien rigward 5,000 ewro fejn kien hemm dgħajsa nvoluta. “Min kellu nteress li jgħid lil kulħadd biex irewwah li d-dgħajsa kienet tiegħu. Dan hu Toni Bugeja, kien jgħid li dik tiegħu ma’ kulħadd. “Biex ħareġ mix-xhieda tal-mara ta’ Rosso li hi biegħet s-sehem tagħha kollha u poġġiet nofs il-flus għand in-nutar, li juri ta’ min kienet id-dgħajsa. Kellu l-intertess li jwarrbu minn nofs”, qalet Dr.Vella
Qalet ukoll li Rosso kien xjentist u jħobb l-annimali. L-għan tal-akkużati kien li jwerwruh. Dan sabiex lil Rosso inwerwruh biex ma jersqux aktar lejn id-dgħajsa Desiree. “It-Taljani għandhom għalik.” Hekk kienu jgħidulu b’mod repetut u beda’ jibża’. Meta ħareġ li dawn kienu ħbieb tal-familja ta’ Rosso. L-eks Kummissarju tal-Pulizija John Rizzo qal wkoll li kienu qed jhedduh.
Kienu jsemmulu wkoll il-MAFIA. Literallment wereruh bil-messaġġ tat-theddid. Vella qalet li din kienet ilha tinħema darba Bugeja meta kien mal-akkużat fuq nid-dgħajsa u ntlemħu xi dniefel, l-akkużat qabad u spara lejhhom. Darba oħra qallu biex ma jixgħelx il-magni tad-dgħajsa u l-akkużat mingħalih li Rosso mar ħdejn l-iskrun, imma mar in-naħa l-oħra meta Bugeja ma kienx jaf.
L-akkużat xegħel il-maġni xorta waħda, u qal li għamel dan bi żball. Żball? Meta biex tixgħel il-magni trid tuża aktar min switch wieħed. Kemm Di Bartolo kif ukoll Bugeja qegħdin iwieġbu mhumiex ħatja li kellhom x’jaqsmu mal-każ. L-avukati Franco Debono u Arthur Azzopardi huma l-avukati ta’ Bugeja. L-avukat Roberto Montalto huwa l-avukat ta’ Di Bartolo. Il-prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Avukati Angelle Vella u Andrea Zammit.
//= $special ?>