Waqt spezzjonijiet li kienu qed isiru fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, id-Dwana Maltija interċettat iktar minn €35,000 flus mhux dikjarati.
Passiġġier Iżraeljan li kien se jsiefer lejn Ċipru twaqqaf minn Uffiċjali tad-Dwana u wara tfittxija li saritlu, instab li kien qed iġorr total ta’ €35,810 flus kontanti mhux dikjarati.
Il-Pulizija ġiet avżata b’dan il-każ u qed tinvestiga.
//= $special ?>