Internazzjonali Knisja

Il-Papa Franġisku joħroġ mill-isptar

Il-Papa jgħid lill-ġurnalisti: "Għadni ħaj"

Kmieni dalgħodu, l-Papa Franġisku ġie rilaxxat mill-Isptar Gemelli ta’ Ruma. Dan wara l-operazzjoni li saritlu aktar kmieni dan ix-xahar.

Malli ħareġ mill-isptar, il-Papa qatta’ xi ħin ta’ talb f’Santa Maria Maggiore filwaqt li aktar tard żar is-sorijiet fl-Istitut Maria Santissima Bambina.

F’kumment lill-ġurnalisti malli ġie rilaxxat, il-Papa stqarr bi tbissima l-kliem “għadni ħaj”.

Jidher li l-Kap tal-Knisja Kattolika rkupraw sew mill-operazzjoni li saritlu, tant li l-Vatikan ikkonferma li nhar il-Ħadd Franġisku se jmexxi l-Angelus fi Pjazza San Pietru.

Il-Papa kien ilu fl-isptar Gemelli għaxart ijiem.