L-Uffiċjali tal-Greċja qed jiċħdu li l-għarqa, f’nofs il-ġimgħa, tad-dgħajsa mgħobbija bl-immigranti setgħet kienet dovuta għal allegata ineffiċjenza min-naħa tal-gwardjani tal-kosta. L-istess Uffiċjali ċaħdu wkoll li d-dgħajsa nqalbet fil-baħar, ftit ‘il hinn min-nofsinar tal-Greċja, minħabba li dgħajsa tal-gwardjani kienet qed tiġbidha b’ħabel mingħajr każ taċ-ċirkustanzi.
Għalissa hemm talanqas 80 mejtin ikkonfermati fl-għarqa u meta fadal il-mijiet – fosthom xi 100 tifel u tifla – irrappurtati nieqsa. L-International Organization for Migration fissret l-inċident bħala waħda mill-akbar traġedji fil-Mediterran u bħalissa l-uffiċjali Griegi qed jiġġustifikaw ir-reazzjoni tagħhom għall-emerġenza.
Id-dettalji huma konfużi għaliex filwaqt li l-gwardjani tal-kosta Griegi, qabel, qalu li kienu ‘żammew distanza’ mid-dgħajsa, xi kelliema għall-Gvern irreferew għal ħabel li ntuża fil-ħin meta l-gwardjani avviċinaw id-dgħajsa waqt l-eqqel tal-kriżi.
It-Televiżjoni Griega kienet infurmata li, ftit sigħat qabel għerqet id-dgħajsa, il-gwardjani tal-kosta kienu użaw ħabel biex jibbilanċjaw id-dgħajsa tagħhom huma u javviċinaw lill-immigranti.
Madankollu – u waqt li l-‘manuvra bil-ħabel’ setgħet wasslet biex dik id-dgħajsa tinqaleb fil-baħar — hemm ukoll id-dubji dwar kemm il-gwardjani, fil-fatt, ippruvaw jiġbdu d-dgħajsa tal-immigranti lejn ix-xatt.
Filwaqt li talanqas 104 immigranti kienu salvati mill-baħar dritt wara l-għarqa tad-dgħajsa, qegħdin jonqsu dejjem aktar iċ-ċansijiet li jinstabu aktar immigranti ħajjin f’dik iz-zona.
//= $special ?>