Ewropa Lokali

“L-Ewropa hi hawn għalik” – Roberta Metsola

Żjara fil-Portugall, li matulha…il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola sostniet li l-Ewropa għandha l-ħila li tkun fuq quddiem nett fid-dinja, biex tmexxi, issaħħaħ u tirriforma.

Waqt li kienet qed tindirizza lill-Parlament Portugiż, il-President Metsola semmiet id-diversi sfidi ta’ bħalissa, fosthom l-invażjoni illegali fl-Ukrajna mir-Russja u ż-żidiet fil-prezzijiet. Iżda qalet li mhux se jkunu l-isfidi se jiddefinixxu din il-ġenerazzjoni, iżda r-rispons tagħna.

Kompliet li hi kburija b’kif l-Ewropa illi qamet għall-okkażjoni.

B’referenza għall-vot ta’ din il-ġimgħa fil-Parlament Ewropew dwar dik li ddeskriviet bħala “l-aktar liġi avvanzata fid-dinja dwar l-Intelliġenza Artifiċjali,” il-President tal-Parlament Ewropew qalet li l-Unjoni Ewropea tista’ tiġi riġenerata filwaqt li ssaħħaħ il-pedamenti tal-proġett Ewropew b’mod li huwa sostenibbli u soċjalment ġust.

Il-President Metsola rreferiet ukoll għall-aħħar traġedja tal-immigrazzjoni fil-Mediterran.

Sena mill-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, il-President Metsola qalet li l-messaġġ li trid twassal lin-nies huwa li “l-Ewropa għandha valur. Il-vuċi tiegħek, l-għażla tiegħek, huma importanti. Il-vot tiegħek huwa importanti,” qalet l-MEP tal-Partit Nazzjonalista.

Il-President tal-Parlament Ewropew insistiet ukoll li l-Ewropa jeħtieġ li jkollha l-qafas it-tajjeb għal tkabbir sostenibbli, ekonomiku u ambjentali.

Matul iż-żjara tagħha fil-Portugall, il-President Metsola ġiet mistiedna tindirizza lill-Kunsill tal-Istat; okkażjoni rari biex persuna fejn Portugiża tindirizza dan l-organu stabbilit mill-Kostituzzjoni tal-Portugall.

Il-President Metsola kellha wkoll laqgħa mal-Prim Ministru tal-Portugall Antonio Costa.