Futbol Sport

L-Ingliżi jserrħu rashom fl-ewwel taqsima

(Ritratt: Josef Fitzpatrick)

Rowen Camilleri

MALTA…………..0

INGILTERRA………..4

Malta: H. Bonello, C. Attard (J. Corbolan 87’), S. Borg, M. Guillaumier (Y. Yankam 46’), J. Mbong, K. Nwoko (A. Satariano 60’), T. Teuma, J. Jones (J. Degabriele 76’), F. Apap, B. Kristensen (N. Muscat 60’), Z. Muscat

Ingilterra: J. Pickford, K. Trippier, L. Shaw (T. Mings 60’), D. Rice, M. Guehi, H. Maguire, B. Saka (P.Foden 46’), J. Henderson (M. Rashford 60’), H. Kane (C, Wilson 60’), T. Alexander-Arnold, J. Maddison (E. Eze 70’)

Imwissija: B. Kristensen 49’ (M)

Skorjaw: F. Apap A/G 8’, T. Alexander-Arnold 28’, H. Kane pen 31’, C. Wilson pen 84’ (I),

Referee: Igor Pajac (KRO)

Assistenti Referees: Goran Pataki u Ivan Mihaj (KRO)

It-tim nazzjonali Ingliż assigura mit-tielet rebħa tal-grupp fl-ewwel taqsima meta daħal jistrieħ bi tliet gowls vantaġġ. Fit-tieni taqsima t-tim immexxi minn Gareth Southgate żied gowl ieħor biex għeleb lit-tim Malti 4-0.

L-Ingilterra fetħu l-iskor wara tmien minuti meta kienet ħarba tal-winger ta’ Arsenal Bukayo Saka li daħal fil-kaxxa Maltija u tefa’ kross fid-direzzjoni ta’ Harry Kane iżda f’tentattiv li jtajjar il-periklu d-difernsur Malti Ferdinando Apap tefa’ fix-xibka ta’ Bonello.

It-Three Lions irduppjaw fis-27 minuta meta l-ewwel kien Maddison li ttanta xortieħ minn barra l-kaxxa iżda bid-difiża timblokka l-ballun jiġi għand Trent Alexander-Arnold li b’xutt mill-isbaħ ma ta l-ebda ċans lil Bonello għal gowl tat-2-0.

Għaddew biss tliet minuti u l-Ingilterra ingħataw penalty meta Matthew Guillaumier waqqa’ fil-kaxxa lil Harry Kane, bir-referee Igor Pajac isaffar il-penalty. Mill-11-il metru kien l-istess Harry Kane li tefa’ wara Bonello. L-ewwel taqsima tintemm 3-0 favur l-Ingilterra.

Fit-tieni taqsima l-partita kienet nieqsa għal kollox minn azzjonijiet bit-tim Ingliż jikkontrolla t-tliet gowls vantaġġ li kiseb fl-ewwel taqsima.

Fit-80 minuta l-Ingliżi ingħataw it-tieni penalty tal-partita meta r-referee kkonsulta mal-var wara li l-kross tas-sostitut Callum Wilson deher jaħbat ma’ id Steve Borg. L-istess Wilson inkariga mill-penalty u ma żbaljax biex issiġilla r-rebħa u t-tliet punti lill-Ingilterra.

Il-captain tat-tim Malti Steve Borg jipprova jwaqqaf lil James Maddison (Ritratt: Joseph Galea)
Iż-żewġ kowċis MIchele Marcolini ta’ Malta u Gareth Southgate tal-Ingilterra (Ritratt: Martin Agius)
Teddy Teuma fl-azzjoni ssikkat mill-captain Ingliż Harry Kane (Ritratt: Catriel Farrugia)
Bjorn Kristensen jipprova jgħaddi bejn żewġ plejers Ingliżi (Ritratt: Joseph Galea)
Bukayo Saka ta’ Arsenal jaqbeż lil Zach Muscat (Ritratt: Josef Fitzpatrick)
Dwell bir-ras bejn Zach Muscat u Harry Kane (Ritratt: Martin Agius)