MeDirect Malta nieda MeMax, kont innovattiv ta’ tfaddil b’aċċess immedjat għal-flus filwaqt li joffri rata ta’ imgħax attraenti ta’ 2 fil-mija fis-sena, li titħallas kull xahar. Klijenti eżistenti jistgħu jiftħu kont MeMax fi ftit passi sempliċi permezz tal-app jew l-online banking. Klijenti ġodda jistgħu jużaw il-proċess sempliċi online ta’ MeDirect biex japplikaw biex isiru klijenti.
Pawel Malukiewicz, Group Head – Channels & Customer Experience ta’ MeDirect, qal, “Il-fatt li l-imgħax jitħallas fl-aħħar ta’ kull xahar ifisser li MeMax qed ibiddel il-logħba fejn jidħlu kontijiet ta’ tfaddil b’aċċess immedjat f’Malta. Filwaqt li jagħti lil dawk li jfaddlu l-opportunità li jibbenefikaw minn rati ta’ imgħax ogħla, MeDirect qed joffri wkoll lill-klijenti l-flessibbiltà li ma jkollhomx għalfejn jorbtu flushom għal perjodu twil ta’ żmien. MeDirect qed ikompli jiddemokratizza l-finanzi, billi juża t-teknoloġija u l-innovazzjoni biex jipprovdi benefiċċji lill-klijenti kollha tagħna, irrispettivament mill-ġid nett tagħhom.”
Kull klijent tal-MeDirect se jkun jista’ jiftaħ kont MeMax wieħed, denominat f’Euro, u jiddepożita sa €2,000 fix-xahar sa bilanċ massimu fil-kont ta’ €50,000.
It-tnedija tal-kont ta’ tfaddil MeMax hija t-tieni innovazzjoni fir-rigward ta’ prodotti mnedija minn MeDirect fl-2023. Fil-bidu tas-sena, MeDirect sar l-ewwel u l-uniku bank f’Malta li joffri servizz online ta’ Discretionary Portfolio Management. Permezz ta’ dan is-servizz, imsejjaħ MeManaged, MeDirect jagħti lill-klijenti l-opportunità li jkollhom il-portafoll ta’ l-investiment tagħhom immaniġġjat b’mod attiv. Dan is-servizz li normalment huwa disponibbli biss għal individwi b’valur nett għoli huwa accessibli b’investiment minimu ta’ €100 biss.
Ingrid Micallef, Head – Products & Marketing ta’ MeDirect Malta, qalet, “Bħala l-ewwel bank diġitali f’Malta, MeDirect qed ikompli jiżviluppa l-preżenza online u fuq il-mobile application tiegħu biex is-servizzi bankarji u ta’ investiment ikunu faċilment disponibbli għall-klijenti kollha tagħna. Fl-istess ħin, għandna firxa eċċitanti ta’ innovazzjonijiet, inkluż MeMax, li jista’ jiġi aċċessat faċilment u mingħajr il-ħtieġa ta’ somom inizjali sinifikanti. Ninsabu fiduċjużi li l-ħlasijiet ta’ imgħax kull xahar se jkun popolari fost dawk li jfaddlu.”
Aktar informazzjoni dwar MeMax tinsab fuq https://www.medirect.com.mt/save/me-max.
MeDirect Bank Malta, l-ewwel bank diġitali fil-pajjiż, joffri lill-klijenti tiegħu aċċess għal prodotti finanzjarji ewlenin fis-suq. Wieħed jista’ jsir klijent ta’ MeDirect u jiftaħ kont MeMax billi jikklikkja https://onboarding.medirect.com.mt/start . Għal aktar informazzjoni klijenti jistgħu jikkuntattjaw lil MeDirect Bank fuq 25574400 jew iżuru www.medirect.com.mt
Din hija komunikazzjoni ta’ marketing minn MeDirect Bank (Malta) plc. MeDirect huwa parteċipant fl-Iskema ta’ Kumpens tad-Depożitanti stabbilita taħt il-liġijiet Maltin. Dan il-kont huwa disponibbli f’Ewro u r-rata kkwotata hija fuq bazi grossa mit-taxxa. L-imghax jitħallas kull xahar u jizdied mal-kont stess. Il-klijenti jistgħu jiddepożitaw sa €2,000 fix-xahar sa bilanċ massimu ta’ €50,000. Termini u Kundizzjonijiet japplikaw u dawn jistghu jinghataw. MeDirect Bank (Malta) plc, huwa liċenzjat biex joffri servizzi bankarji skont it-termini tal-Att dwar il-Kummerċ Bankarju (Kap. 371).
//= $special ?>