Iċ-champions Manchester City jiftħu l-impenji tagħhom fil-Premier League 2023/24 il-Ġimgħa, 11 ta’ Awwissu meta jiltaqgħu kontra n-neo-promossi Burnley, li huma mmexxija mill-eks plejer tas-Citizens Vincent Kompany.
L-għada s-Sibt, tim ieħor neo-promoss Luton Town, jilagħbu l-ewwel logħba fl-ogħla diviżjoni tal-futbol Inglżż mill-1992 kontra Sheffield United, li bħalhom kienu promossi dan l-istaġun.
L-era ta’ Mauricio Pochettino ma’ Chelsea tibda l-Ħadd, 13 ta’ Awwissu b’konfront iebes kontra Liverpool fi Stamford Bridge.
Tottenham Hotspur, li ukoll għandhom manager ġdid, Ange Postecoglou imorru għand Brentford il-Ħadd ukoll.
Manchester United, li sa dakinhar mistennija jkollhom sidien ġodda, jibdew f’Old Trafford kontra Wolves, it-Tnejn, 14 ta’ Awwissu.
Manchester City, li għandhom kif rebħu treble impressjonanti, se jkunu qed ifittxu li jsiru l-ewwel tim fl-istorja li jirbaħ erba’ kampjonati konsekuttivi.
L-ewwel programm ta’ logħob huwa dan:
Il-Ġimgħa, 11 ta’ Awwissu:
9pm – Burnley v Manchester City
Is-Sibt, 12 ta’Awwissu
1:30pm – Arsenal v Nottingham Forest
4pm – Bournemouth v West Ham
4pm – Brighton v Luton Town
4pm – Everton v Fulham
4pm – Sheffield United v Crystal Palace
6:30pm – Newcastle United v Aston Villa
Il-Ħadd, 13 ta’ Awwissu
3pm – Brentford v Tottenham Hotspur
5:30pm – Chelsea v Liverpool
It-Tnejn, 14 ta’ Awwissu
9pm – Manchester United v Wolverhampton Wanderers
//= $special ?>