Lokali

Sewwieq ta’ mutur isofri ġrieħi gravi wara ħabta f’Birżebbuġa

Il-Ħamis filgħaxija għall-ħabta tal-10:15pm, seħħet ħabta bejn mutur u karozza fi Triq Ħal Far, Birżebbuġa.

L-inċident seħħ bejn mutur Yamaha misjuq minn raġel ta’ 43 sena residenti Bormla u karozza Ford misjuqa minn raġel ta’ 44 sena residenti Marsaxlokk.

Ix-xufier tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.