Fl-Ingilterra tħabbret il-mewt tal-eks difensur ta’ Leeds United u Manchester United Gordon McQueen fl-età ta’ 70 sena wara li f’dawn l-aħħar snin kien qed ibati mid-dimentia b’bosta rapporti qed jgħidu li dan qed ikun ikkważat minħabba daqqiet ta’ ras għal perjodu twil fil-karriera tal-plejers.
Beda fl-1970 ma’ St. Mirren u bejn l-1970 u l-1978 ma’ Leeds United lagħab 140 partita fejn skorja 15 -il gowl.
McQueen kien trasferit ma’ Manchester United fejn dam sal-1985 u f’dan il-perjodu lagħab 184 logħba u skorja 20 gowl.
Huwa rebaħ il-Kampjonat ma’ Leeds United fl-istaġun 1973/74 u kien finalist taċ-Champions League fl-1974/75 filwaqt li ma’ Manchester United rebaħ l-FA Cup fl-istaġun 1982/83 u ċ-Charity Shield fl-1983.
Mat-tim nazzjonali tal-Iskozzja Gordon McQueen lagħab 30 partita bejn l-1974 u l-1981.