Lokali

Il-Gran Mastru John Dunlap iżur pajjiżna għall-ewwel darba

Żar pajjiżna l-Gran Mastru l-ġdid John Dunlap li kien ġie elett f’dan l-irwol f’Mejju li għadda. Din hi l-ewwel żjara li Dunlap għamel b’mod uffiċjali mindu ġiet elett daqs xahar ilu.

John Dunlap, Kanadiż ta’ 66 sena, huwa l-81 Gran Mastru tal-Ordni Sovran Militari ta’ San Ġwann.

Dunlap ġie milqugħ mill-Arċipriet tal‑Parroċċa tal‑Birgu, Dun Karm Busuttil fejn saret quddies fil-Knisja Kolleġjata ta’ San Lawrenz għal din l-okkażjoni. Preżenti għall-quddiesa kien hemm membri tal-Ordni ta’ San Ġwann, kollha libsin b’ilbies tal-Kavallieri, fejn spikka l-iktar is-salib tal-Kavallieri.

L-elezzjoni għall-ordni tiegħu kienet saret f’Villa Malta f’Ruma, f’Dunlap, skont il-kostituzzjoni l-ġdida tal-Ordni, se jibqa’ fil-kariga għal 10 snin.