Instabu fost oħrajn 17-il qartas marbutin mal-parti privata tiegħu.
Ingliż ta’ 36 sena kien arrestat il-Ġimgħa filgħaxija wara li instab fil-pussess ta’ droga kokaina f’San Ġiljan.
Il-Pulizija kienet infurmata li kien hemm persuna suspettuża fi Triq il-Wilġa fejn hekk kif l-uffiċjali resqu lejh, huwa pprova jaħrab minn fuq il-post madanakollu l-pulizija rnexxielhom iwaqfuh u minn tfittxija li saret nstab fuqu basket b’ammont konsiderevoli ta’ flus.
Meta ttieħed l-Għassa ta’ San Ġiljan u saritlu tfittxija intensiva instabet borża marbuta mal-parti privata tiegħu li kien fiha madwar 17-il qartas b’sustanza suspettata kokaina.
Sussegwentement, il-pulizija għamlu wkoll tfittxija fil-lukanda li qed jgħix fiha, fejn f’baskett li kien taħt is-sodda, sabu madwar 20 qartas b’sustanza suspettata kokaina, fost affarijiet oħrajn.
Id-droga misjuba, madwar 60 gramma kokaina, li kieku laħqet inbiegħet fit-triq kienet tlaħħaq madwar €3,000.
r-raġel mistenni jitressaq il-Qorti illum, għall-ħabta tas-1430hrs quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Victor Axiak.
//= $special ?>