Kelliema għall-Korp jgħidu li kien notifikat biex jidher il-Qorti
Ryan Dimech, ir-raġel li l-Pulizija ppubblikaw stqarrija dwar il-fatt li kienu qed ifittxuh, kien interċettat mal-wasla tiegħu f’Malta minn Sqallija.
Kelliema għall-Pulizija xtaqu jikkjarifikaw li kuntrarju għal dak li ntqal fuq il-mezzi soċjali, inkluż minn Dimech innifsu, huwa inizjalment kien notifikat sabiex jidher il-Qorti madanakollu peress li naqas li jattendi għas-smigħ, il-Maġistrat li qed tippresjedi l-każ ħarġet mandat ta’ arrest fil-konfront tiegħu.
Ġie spjegat li wara diffikultajiet sabiex dan jinstab, il-Maġistrat tat ordni lill-pulizija sabiex jinħareġ avviż fuq il-mezzi tal-midja sabiex ir-raġel jinstab mill-aktar fis possibbli sabiex titkompla l-kawża bil-għan li jiġi salvagwardjat l-interess tal-vittma.