Rimonta fl-aħħar minuti tal-partita tat rebħa importanti ta’ 2-1 lill-Iskozja fuq in-Norveġja. In-Norveġja fil-vantaġġ fil-61 minuta permezz ta’ penalty ta’ Erling Haaland. Ir-rimonta tal-Iskozja bdiet fis-87 minuta meta kien Lyndon Dykes li għamel l-iskor 1-1 biex żewġ minuti wara kien Kenny McLean li għamel l-iskor 2-1 għall-Iskozja.
Il-Belġju kienu miżmuma fi draw mill-Awstrija f’partita li ntemmet 1-1. Orel Mangala għamilhom 1-0 wara 22 minuta, bl-attakkant ta’ Belġju Romelu Lukaku jagħmel l-iskor indaqs fit-tieni taqsima.
Il-Portugall kisbu rebħa faċli ta’ 3-0 kontra l-Bosnija. Il-gowls ta’ Portugall wasalu minn Bernardo Silva u doppjetta ta’ Bruno Fernandes.
Il-Lussemburgu f’darhom wara t-telfa kontra Malta f’partita ta’ ħbiberija għelbu lil Liechtenstein bl-iskor ta’ 2-0. Kienu żewġ gowls fit-tieni taqsima, fid-59 minuta permezz ta’ Danel Sinani u fid-89 minuta permezz ta’ Gerso Rodrigues li taw rebħa lil-Lussemburgu.
F’partita oħra, l-Azerbaijan u l-Estonja temmew fi draw ta’ 1-1. Kien Rauno Sappinen li poġġa lill-Estonja fil-vantaġġ fl-ewwel taqsima, b’Anton Krivotsyuk iġib l-iskor indaqs fit-62 minuta.
Il-Litwanja rnexxielhom jiksbu punt fi draw ta’ 1-1 kontra l-Bulgarija. minkejja li lagħba aktar minn 70 minuta bi plejer anqas wara li tkeċċa Justas Lasickas fis-17-il minuta. Għal-Litwanja skorja Edvinas Girdvainis filwaqt li Marin Petkov ġab l-iskor indaqs għal Bulgarija.
//= $special ?>