Formula 1 Sport

Max Versatppen għal darb’oħra fuq quddiem nett fil-Kanada

(Ritratt: EPA)

Fil-Grand Prix tal-Kanada se jkun Max Verstappen li se jibda fuq quddiem nett, quddiem is-sewwieq Ġermaniż Nico Hulkenberg li għall-ewwel darba dan l-istaġun se jkun qed jibda mill-filliera ta’ quddiem.

Fernando Alonso se jibda mit-tielet post, bis-sewwieqa ta’ Mercedes, Lewis Hamilton u George Russell se jibdew mir-raba’ u l-ħames post rispettivament. Esteban Ocon se jibda mis-sitt post filwaqt li Lando Norris se jibda mis-seba’ post.

Carlos Sainz u Oscar Piastri se jibdew mit-tmien u d-disa’ post, b’Alexander Albon se jkun qed jibda mill-għaxar post. Il-Grand Prix tal-Kanada, il-Ħadd jibda fis-7.00pm ħin ta’ Malta.