Stewart Said
VALLETTA IZIBET…………… 11
SLIEMA FRANK SALT……… 17
(2-4), (0-4), (4-6), (5-3)
Sliema Frank Salt għamlu dak mistenni minnhom u għelbu lil Valletta Izibet. Konfront li fih Sliema kkontrollaw u ħallew ftit inizjattiva f’idejn l-avversarji lejn it-tmiem. B’dan ir-riżultat, Sliema aċċertaw minn post fil-Kampjonat Premier matematikament.
Valletta kellhom il-vantaġġ għal ftit sekondi fil-logħba b’gowl tas-solitu Ivan Nagaev sakemm Sliema dawru l-iskor. Huma bnew vantaġġ ta’ 4-2 liema vantaġġ komplew jikkonsolidawh. Is-Slimiżi bdew jikkmandaw il-logħob u nqatgħu minn mal-avversarji b’erba’ gowls konsekuttivi minn erba’ plejers differenti.
Bil-famuża rotazzjoni tipika ta’ logħbiet bħal dawn, Valletta setgħu jaqsmu l-logħob aktar mal-avversarji. Minkejja dan, Sliema baqgħu jkabbru l-vantaġġ b’Zach Mizzi spikka b’doppjetta fi ftit ħin. Fl-aħħar sessjoni, Valletta rnexxielhom tal-anqas jirbħu l-aħħar sessjoni u niżżlu d-distakk għal sitt gowls, biż-żewġ barranin tagħhom jiskorjaw erbgħa mill-ħames gowls
Valletta: B. Busuttil, J. Spiteri Staines, D. Rizzo, J. Cassar (1), S. Busuttil, A. Vlahovic (4), D. Paolella (1), I. Nagaev (5), S. Micallef, J. Chircop, K. Borg, K. Cremona, A. Theuma, M. Demarco
Sliema: N. Grixti, J. Gabarretta (3), L. Galea (1), J. Gambin (1), Z. Mizzi (3), B. Cachia, J. Cutajar, M. Mifsud, J. Brownrigg (2), D. Kholod (2), A. Prlainovic (3), D. Zammit (1), A. Bugeja, E. Schembri (1), S. Engerer
Referees: Ronnie Spiteri, Andrea Baretta
NEPTUNES VIDEOSLOTS…. 22
OTTERS NIVEA………………….. 2
(5-0), (5-0), (5-1), (7-1)
Neptunes Videoslots dawru t-tielet logħba tagħhom f’dan l-istaġun ukoll f’sessjoni ta’ taħriġ. Għalkemm mhux tort tal-plejers, mhux ġust li bil-format preżenti ta’ Fażi Preliminari, żewġ timijiet ta’ livell wisq differenti jkunu kostretti jilagħbu kontra xulxin.
Doppjetta ta’ Filip Filipovic kienet parti mill-ħames gowls skorjati minn Neptunes fl-ewwel sessjoni. Il-vantaġġ kiber għal 10-0 fit-tieni sessjoni u din id-darba kienu Alec Fenech u Aleksandar Ivovic li skorjaw doppjetta kull wieħed.
Filipovic skorja doppjetta oħra fit-tielet sessjoni hekk kif minkejja li l-kowċ Dorian Pisani serraħ il-plejers regolari, Neptunes baqgħu b’saħħithom wisq. Otters skorjaw l-ewwel gowl permezz ta’ Matthew Farrugia wara 15-il gowl tal-avversarji.
Fl-aħħar sessjoni spikka Jake Muscat, awtur ta’ erba’ gowls waħdu, b’Isaac Azzopardi jkollu sodisfazzjoni hekk kif niżżel ismu fost l-iskorers għal Otters.
Neptunes: A. Borg Cole, J. Muscat (4), S. Gialanze, G. Pace, M. Castillo, S. Bonetti, S. Camilleri (3), J. Camilleri (2), I. Ivovic (4), F. Filipovic (4), A. Fenech (4), E. Mallia (1), M. Rossi, D. Bugeja, A. Fava
Otters: M. Xerri, M. Bonnici, K. Scicluna, D. Dimech, M. Meli, M. Jelaca, I. Azzopardi (1), S. Dimech, L. Dimech, J. Saric, M. Farrugia (1), A. Dimech, G. Gatt Ellis, K. Micallef, A. Bianchi
Referees: Stefan Licari, Riccardo Carmignani
MARSASKALA ESC……………… 9
SAN ĠILJAN JP PROJECTS… 22
(1-8), (2-5), (4-2), (2-7)
Rebħa faċli wkoll għal San Ġiljan JP Projects. Konfront li fih iż-żewġ timijiet kienu jafu d-destin tagħhom hekk kif il-Ġiljaniżi kkontrollaw il-logħba filwaqt li Marsaskala riedu biss jevitaw umiljazzjoni.
San Ġiljan marru fil-vantaġġ fl-ewwel attakk tal-logħba b’gowl ta’ Andreas Galea. Il-vantaġġ kiber għal 6-0 sakemm Gerald Sammut naqqas id-distakk. Sal-ewwel minuti tat-tieni sessjoni, San Ġiljan kabbru l-vantaġġ għal 10-2. Mark Carani skorja għal Marsaskala ftit wara iżda San Ġiljan daħlu jistrieħu 13-3.
B’distakk daqshekk kbir, il-logħba naqqset fl-importanza u fl-intensità. Il-kowċ ta’ San Ġiljan Zeljko Kovacic kien qed jagħmel rotazzjoni kontinwa. Marsaskala rnexxielhom jirbħu t-tielet sessjoni u waqqfu ftit ir-ritmu li bnew l-avversarji. Madankollu San Ġiljan reġgħu kabbru l-vantaġġ biex għamlu b’rebħa kbira. Spikka f’din l-aħħar sessjoni Nikolai Zammit, awtur ta’ tripletta.
Marsaskala: J. Micallef, J.C. Cutajar, G. Galea, P. Privitera (1), R. Greco, F. Salamon, K. Navarro, D. Tully, D. Pace Lupi, G. Sammut (3), J. Ciantar, M. Carani (2), A. Muscat, B. Batori (3), F. Scardino
San Ġiljan: J. Tanti, N. Bugelli (2), A. Galea (2), B. Plumpton (2), M. Jokovic (1), M. Zammit (5), J. Bonavia (1), A. Younger (1), J. Abela, N. Zammit (4), D. Zammit (2), R. Caruana (1), G. Borg, G. Bonavia, K. Calleja (1)
Referees: Neville Mercieca, Andrea Baretta
//= $special ?>