Lokali

Sewwieq ta’ mutur fil-periklu tal-mewt wara inċident fix-Xagħra

Sewwieq ta’ mutur spiċċa fil-periklu tal-mewt wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fix-Xagħra, Għawdex.

Il-każ seħħ ftit qabel l-għaxra u nofs tas-Sibt filgħodu fi Triq it-Tiġrija meta mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li seħet ħabta bejn mutur misjuq mir-raġel ta’ 50 sena mix-Xagħra u vann pick-up misjuq minn raġel ta’ 47 sena mix-Xagħra wkoll.

Fil-post ġew imsejħa uffiċjali tal-Pulizija kif ukoll tim mediku tal-ambulanzi li ħadu lis-sewwieq tal-mutur l-isptar Ġenerali t’Għawdex għal aktar kura fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi serji.

Bil-każ kienet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Bridgitte Sultana li fetħet inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.