Għawdex Lokali

36 persuna nstabu jgħixu f’Għawdex b’mod irregolari

Il-Ħadd filgħodu, il-Pulizija assistiti minn uffiċjali tas-Servizzi ta’ Detenzjoni, komplew għaddejjin bl-ispezzjonijiet b’rabta ma’ immigrazzjoni irregolari.

L-ispezzjonijiet saru f’postijiet varji f’Għawdex, fejn instabu 36 persuna jgħixu b’mod irregolari.

Dawn il-persuni – mill-Ghana, min-Niġerja, mis-Somalja, mis-Sirja u l-Liberja – ittieħdu f’Ċentru ta’ Detenzjoni fejn inbeda l-proċess sabiex ma jibqgħux fil-pajjiż.

Dawn l-ispezzjonijiet se jibqgħu jsiru b’mod konsistenti.