“Irridu naccettaw il-fatti kif inhuma. Fil-mudell ekonomiku preżenti għandek it-tajjeb imma għandek il-konsegwenżi wkoll bħal per eżempju; fl-infrastruttura – qegħdin jinħassu ċertu pressjonijkiet kemm fit-traffiku, mental health, kongestjoni fost oħrajn, u dawn qed joħolqu problemi, alura issa wieħed irid jieqaf u jara x’decizzjoni irid jieħu.”
Dan qalu d-Direttur Ġenerali tal-Assocjazzjoni ta’ Min Iħaddem Joe Farrugia, waqt li kien qiegħed jiġi intervistat mill-preżentatur Robert Cremona waqt il-programm Net Live..wara li fl-aħħar jiem, il-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana insista fuq il-bżonn urġenti li pajjiżna jbiddel il-mudell ekonomiku preżenti, għaliex il-mudell addotat mill-Gvern Laburista bbażat fuq id-dipendenza ta’ ħaddiema barranin qed iġib thedida għall-identità Maltija.
Joe Farrugia fakkar kif sa fl-2017, l-MEA kienet ippubblikat dokument li fih kien ingħad li jekk jibqa’ jitħaddem dan il-mudel ekonomiku, il-populazzjoni Maltija sa zzid b’mod drastiku, iżda kellhom jgħaddu ħames snin sakemm il-Ministru tal-finanzi irrealizza b’dan kollu, meta tenna li l-popolazzjoni Maltija se tisplodi għal 800 elf ruħ.
Din id-dikjarazzjoni minn Clyde Caruana li ma niżlet tajjeb xejn kemm mal- Prim Ministru Abela kif ukoll mal-Ministru tal-Ekonomija, Silvio Schembri, hekk kif dawn tal-aħħar qalu li m’hemmx bżonn li l-mudell ekonomiku jinbidel, iżda li l-ekonomija tkun diversifikata.
Minn naħa tiegħu, Joe Farrugia fakkar li x-xogħol tal-imsieħba soċjali huwa li jagħtu r-rakkomondazzjonijiet lill-Gvern.
Id-Direttur tal-MEA appella lill-Gvern ta’ Robert Abela sabiex jieħu d-decizzjonijiet neċessarji fuq bazi nazzjonali li jagħtu direzzjoni ċara għal bidla fil-mudell ekonomiku illum qabel għada.
//= $special ?>