Fil-partita għat-3 u r-4 post, l-iskwadra ta’ Roberto Mancini ħarġet rebbieħa 3-2 fuq l-Olanda. F’nofs il-ġimgħa, fis-semifinali, l-Italja tilfet kontra Spanja filwaqt li l-Olanda tilfet kontra l-Kroazja wara l-ħin barrani.
Kienu l-Italja, li marru fil-vantaġġ wara biss sitt minuti meta minn pass ta’ Giacomo Raspadori, kien Federico Dimarco li mill-viċin ma żbaljax. L-Italja rduppjaw fl-20 minuta meta wara li x-xutt ta’ Wilfried Gnoto kien blukkat, kien Davide Frattesi li b’konlużjoni bix-xellug għamel l-iskor 2-0.
Fit-tieni taqsima, l-Olanda ħarġu fuq l-offensiva u kien Steven Bergwijn li naqqas l-iskor. L-Italja reġgħu fetħu vantaġġ doppju fit-72 minuta, meta din id-darba kien l-attakkant ta’ Juventus Federico Chiesa li għamilhom 3-1. Lejn it-tmiem, l-Olanda għal darb’oħra naqsu l-iskor meta fid-89 minuta kien Georginio Wijnaldum li kkonklua għal skor finali ta’ 3-2.
//= $special ?>