Formula 1 Sport

Max Verstappen jirbaħ fil-Kanada u jilħaq ir-rekord ta’ Ayrton Senna

(Ritratt: EPA)

Max Verstappen kompla jiddomina l-istaġun tal-Formula 1 u rebaħ fil-Grand Prix tal-Kanada biex b’hekk laħaq ir-rekord ta’ Ayrton Senna, dak tar-rebħ ta’ 41 Grand Prix.

Fit-tieni post, temm Fernando Alonso, bis-sewwieq ta’ Mercedes Lewis Hamilton jirnexxielu jtemm fit-tielet post. Charles Leclerc ta’ Ferrari u sieħbu Carlos Sainz temmew fir-raba’ u l-ħames post rispettivament. Sergio Perez temm fis-sitt post filwaqt li Alexander Albon temm fis-seba’ pożizzjoni.

Il-Franċiż Esteban Ocon temm fit-tmien post, bil-Kanadiż Lance Stroll itemm fid-disa’ post quddiem il-pubbliku ta’ pajjiżu. Fl-għaxar post temm Valtteri Bottas.