Il-Gvern ta’ Abela m’għandux idea x’qed jagħmel bi flusna.
Dan hekk kif il-Ministru fil-Kabinett ta’ Robert Abela għamilha ċara li m’għandux idea fejn qed imorru l-flus biex ninvestu fl-infermiera f’pajjiżna
“Dawn il-flus fejn sejrin?” staqsa l-Ministru Abela. “Qed taraw riżultati minnhom? Jiena l-ewwel wieħed ngħidlek ma nafx x’qed jiġri minnhom.”
Din kienet l-istqarrija tal-Ministru responsabbli mill-anzjani tagħna, Jo-Etienne Abela waqt diskussjoni li saret fuq ix-Xandir Nazzjonali.
Din l-istqarrija kienet l-aħħar fost lista ta’ stqarrijiet li qed toħroġ il-qasma fit-tmexxija ta’ Abela hekk kif il-JoEtienne Abela spiċċa jpoġġi f’dell ikrah is-settur tal-kollega tiegħu u Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne.
Dan hekk kif l-indeċiżjoni u t-tkaxkir tas-saqajn minn naħa ta’ Fearne qiegħed prattikament iġarrab il-konsegwenzi tagħhom…il-Ministru għall-Anzjani. Dan filwaqt li xeħet dubji serji dwar jekk l-awtoritajiet hux qed jiżguraw li flus il-poplu qed jintefqu b’mod ġust.
“Meta nsemmi inkjesti, jien nistħajjel lill-Oppożizzjoni jistaqsi kif qatt ma saret inkjesta dwar kif mhux inġibu iktar infermiera,” staqsa l-Ministru Abela. “Dawn il-flus fejn sejrin? Qed taraw riżultati minnhom? Jiena l-ewwel wieħed ngħidlek ma nafx x’qed jiġri minnhom.”
“Ma jsirux audits, Ministru?” staqsa l-preżentatur.
“Ma nafx,” qal il-Ministru Abela. “Dik stqarrija tiegħi. Xi ħaġa li ddejjaqni.”
Il-Ministru Abela qal li l-Gvern Laburista m’għandux soluzzjoni immedjata għan-nuqqas ta’ infermiera.
Fi kliem sempliċi, l-problemi li dan il-Gvern għandu bħalissa mhux se jissolvew qabel mill-inqas 20 sena oħra, meta din il-ġenerazzjoni tilħaq tikber f’adulti u forsi jagħżlu l-professjoni ta’ infermiera u carers.
“Dan ir-riżultat se narawh ‘il quddiem,” qal il-Ministru Abela.
U sadanittant, l-anzjani tal-lum il-ġurnata jibqgħu f’nofs din il-kontroversja kollha, b’diversi infermiera qed jagħżlu li jitilqu minn pajjiżna u jmorru jaħdmu barra hekk kif jingħataw pakkett ħafna aħjar milli qed jagħti l-Gvern Laburista.
Fid-dawl ta’ dan il-Ministru Abela saħaq li l-Gvern qed jagħmel l-almu tiegħu… iżda l-paroli huwa ferm differenti mill-fatti.
Fil-fatt, l-infermieia ilhom jistennew ftehim settorjali ġdid għal xhur sħaħ, bil-Gvern ta’ Robert Abela jibqa’ jgħidilhom li flus għalihom m’għandux.
Fl-istess diskussjoni, il-Kelliem tal-Partit Nazzjonalista, David Agius qal li l-Gvern għandu bżonn jieħu azzjoni immedjata dwar dan is-settur, qabel ikun tard wisq.
“Hemm bżonn li l-Gvern jassigura qbil dwar il-ftehim kollettiv iżda wkoll li barranin jitgħallmu l-Malti bażiku,” qal David Agius. “Kieku l-Gvern ma nefaqx il-miljuni ta’ ewro minn butna fuq Steward u Vitals, kieku dawk il-flus marru għas-saħħa tal-poplu Malti u Għawdxi.”
//= $special ?>