Spanja rebħu l-UEFA Nations League għall-ewwel darba fl-istorja tagħhom fejn wara l-għoti tal-penalties għelbu lil Kroazja 5-4 wara li l-partita sal-120 minuta ntemmet mingħajr gowls bl-eroj għal Spajna jkun il-goalkeeper Unai Simon li salva żewġ penalties. F’partita mill-isbaħ iż-żewġ timijiet ħolqu numru ta’ opportunitajiet ta’ skor matul il-120 minuta iżda ż-żewġ timijiet naqsu milli jkun preċiżi fl-aħħar mumenti bil-partita tmur għall-għoti tal-penalties.
Fl-għoti tal-penalties, għall-Kroazja skorjaw Nikola Vlasic, Marcelo Borzovic, Luka Modric u Ivan Perisic filwaqt li Lovro Majer u Bruno Petkovic fallew l-penalties tagħhom. Minn naħa l-oħra għal Spanja skorjaw Joselu, Rodri, Mikel Merino, Marco Asensio u Dani Carvajal filwaqt Aymeric Laporte falla l-penalty tiegħu.
//= $special ?>