Raġel ta’ 39 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara inċident fl-Imġarr.
L-inċident seħħ is-Sibt filgħaxija għall-ħabta tal-11:30 fi Triq Sir Temi Zammit, l-Imġarr.
Il-Pulizija marret fil-post u mill-ewwel investigazzjonijiet li saru rriżulta li għal xi raġuni karozza misjuqa minn mara ta’ 37 sena residenti Ħal Qormi ħabtet ma’ żewġ vetturi li kienu pparkjati. Fil-vettura mal-mara kien hemm raġel ta’ 39 sena residenti Ħal Qormi, tifel ta’ 9 snin u tifla ta’ 6 snin.
Huma ngħataw l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdu l-Isptar Mater Dei permezz ta’ żewġt ambulanzi.
Aktar tard ir-raġel ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi filwaqt li l-mara u ż-żewġt itfal sofrew ġrieħi ħfief.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>