Lokali

Żjara Uffiċjali tal-President ta’ Malta fl-Emirati Għarab Magħquda

Il-President ta’ Malta George Vella u s-Sinjura Vella dalgħodu ħallew Malta għal Żjara Uffiċjali fl-Emirati Għarab Magħquda.

Matul iż-żjara, il-President Vella se jkollu laqgħa uffiċjali mal-President tal-Emirati Għarab Magħquda, Sheikh Mohamed bin Zayed Al Nahyan.

Fost l-impenji tagħhom, il-President u s-Sinjura Vella se jkollhom laqgħa mad-dijaspora Maltija f’Dubai.

Id-delegazzjoni tal-President ta’ Malta fl-Emirati Għarab Magħquda tinkludi lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg.

Sakemm il-President George Vella jkun impenjat biż-Żjara Uffiċjali fl-Emirati Għarab Magħquda, l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia se jservi fil-kariga ta’ Aġent President ta’ Malta. Il-President George Vella u s-Sinjura Vella jiġu lura Malta nhar il-Ħamis, 22 ta’ Ġunju.