Illum se tkun qed issir l-elezzjoni bikrija għall-kunsillieri tal-Kunsill Ġenerali biex ikunu eletti il-membri fil-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista. Il-votazzjoni bikrija tiftaħ fil-5 ta’ waranofsinhar u tagħlaq fid-9 ta’ filgħaxija.
B’kollox tefgħu n-nomina 25 persuna għall-Eżekuttiv, b’disgħa minnhom ikunu nisa, għaxar irġiel, erba’ żgħażagħ u żewġ Għawdxin.
Wara l-votazzjoni bikrija tal-lum, imbagħad is-Sibt li ġej se tinżamm il-votazzjoni ewlenija biex ikunu eletti sitt nisa u sitt irġiel.
Fil-każ tal-listi taż-żgħażagħ u l-Għawdxin, dawk li tefgħu n-nomina huma awtomatikament eletti minħabba li ntefgħu nomini skont kemm huwa meħtieġ mill-Istatut tal-Partit Nazzjonalista.
L-elezzjoni tas-Sibt se tinżamm bejn id-9am u l-5pm fid-Dar Ċentrali f’Tal-Pietà u bejn id-9am u t-3pm fis-Sub-Headquarters f’Ta’ Sannat.