Lokali

“Jien ma kkummissjonajt ebda stħarriġ” – Liam Sciberras kunsillier PN f’Santa Luċija

“Niċħad kategorikament li jien qed nikkummissjona dan l-istħarriġ u nitlob li dawn it-telefonati jieqfu b’mod immedjat”

Sostna dan il-Kunsilllier Nazzjonalista f’Santa Luċija Liam Sciberras hekk kif avża fuq il-midja soċjali li hu m’għandu x’jaqsam xejn ma stħarriġ li qed jitwettaq minn aġenzija ta’ Vincent Marmara u li kienu mqabbdin mill-Kunsill Lokali stess.

Huwa saħaq li qed isiru telefonati fejn ir-residenti qed jgħidulhom li Sciberras qiegħed jagħmel dan l-istħarriġ. Għaldaqstant huwa qed jinsisti li dawn it-telefonati jieqfu immedjatament għaliex fl-ebda ħin u fl-ebda manjiera ma huwa qiegħed jikkummisjona dan is-survey.

Huwa saħaq li qed jirriserva d-dritt legali tiegħu li jieħu passi ulterjuri.