L-istazzjoni BBC għandu evidenza ġdida li titfa’ dawl fuq it-traġedja tal-immigranti li seħħet fl-aħħar jiem, ‘il barra mill-kosta Griega.
Din l-evidenza tpoġġi dubji serji fuq il-fatti kif rappurtati mill-gwardji tal-kosta fil-Greċja. Tant hu hekk, li l-aħħar movimenti tal-bastiment li fuqu kien hemm l-immigranti juru li d-dgħajsa lanqas kienet qed tiċċaqlaq – u damet fl-istess post għal seba’ sigħat sħaħ, qabel inqalbet.
S’issa huwa konfermat li kienu 78 dawk li mietu. Iżda n-Nazzjonijiet Uniti qed jistmaw li fuq id-dgħajsa kien hemm mal-500 immigrant li għadhom ma nstabux.
Qed issir ukoll pressjoni biex dan il-każ ikun investigat fuq livell internazzjonali, sabiex toħroġ il-verità dwar dak li verament seħħ.
//= $special ?>