Fl-Istadium Olimpiku ta’ Berlin, fejn kienu saru l-Olimpijadi tal-1936, saret iċ-Ċerimonja tal-Ftuħ tal-Logħob Dinji ta’ Special Olympics.
Bejn is-17 u 23 ta’ Ġunju fl-azzjoni 7000 atleta minn 170 pajjiż f’24 dixxiplina sportiva. Special Olympics Malta għal darb’oħra hija fost il-parteċipanti b’kontinġent ta’ 22 atleta. Immexxija mid-direttur ġenerali ta’ Special Olympics Malta, Anna Calleja, Malta se tieħu sehem fl-atletika, bocce, bowling, cikliżmu, golf, għawm u table tennis.
Anna Calleja mexxiet ukoll il-kontinġent Malti fiċ-Ċerimonja tal-Ftuħ fl-Istadium Olimpiku fejn spikkat fuq kollox it-tema ta’ inklużjoni ta’ kull atleta fl-isport kif enfasizza fl-indirizz tal-Ftuħ ic-Cħairman ta’ Special Olympics Tim Schriver fil-preżenza tal-kap Ezekuttiv Mary Davis.
Apparti 7000 atleta f’Berlin hemm wkoll 3000 kowċ u uffiċjal flimkien ma 20,000 voluntier. Miċ-Ċerimonja tal-Ftuħ fl-Istadium Oiimpiku, l-attenzjoni tmur fil-bosta impjanti tal-isport fosthom is-Cenvention Centre f’Berlin, Max Schmeling Halle , Sport Forum u Friedrich Ludwig Jahn Sport Park.
Il-Logħob kien iddikjarat miftuħ minn Frank Walter Steinmeier , President tal-Ġermanja.
//= $special ?>