Huwa fatt magħruf li l-faqar qiegħed dejjem jiżdied … u din hija r-realta li ħafna qed iħabbtu wiċċhom magħha.
Iżda il-Prim Ministru Robert Abela, fl-aħħar jiem, ħareġ jiftaħar biċ-ċifri li kienu ppubblikati …u li juru tnaqqis marġinali ta’ 0.2 fil-mija fuq is-sena ta’ qabel.
Dan ifisser li f’termini reali ghandna mal-100,000 persuna li jinsabu f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali. Dan filwaqt li l-persuni f’pajjiżna li jinsabu f’xifer il-faqar għadhom ‘il fuq minn 85,000. Dawn jinkludu persuni li għandhom dħul li ma jaqbiżx il-€11,000 fis-sena, u bħala numri….ifissru 16.7 fil-mija tal-popolazzjoni.
Net News staqsa lill-Ministru Owen Bonnici jekk jafx kemm kienet il-bidla f’punti perċentwali ta’ persuni f’riskju ta’ faqar u eskluzzjoni soċjali .. bil-Ministru jgħidilna li ma kienx ppreparat għal din id-domanda, għalkemm fl-istess nifs qalilna li lanqas persuna waħda ma jrid li tkun f’riskju ta’ faqar.
Fl-istess jum, staqsejna wkoll lis-segretarju parlamentari Alison Zerafa Civelli dwar dan is-suggett, b’Zerafa Civelli taħrab kompletament minn din il-mistoqsija.
Diversi esperti fl-aħħar jiem appellaw lill-Gvern imexxi minn Robert Abela sabiex b’diskussjoni fit-tul isib soluzzjoni għall-faqar li qed jiżdied ġurnata wara l-oħra, kif ukoll għall-ammont ta’ nies li qed jispiċċaw mingħajr saqaf fuq rashom… b’Robert Abela sa issa għadu ma ħarigx b’soluzzjonijiet konkreti għall-ġlieda kontra l-faqar.
//= $special ?>