Internazzjonali

Lejl ta’ splużjonijiet f’Odessa

Kien lejl ieħor ta’ tensjoni fil-belt ta’ Odessa, hekk kif ir-Russi komplew bl-attakki tagħhom fuq dan il-port.

L-awtoritajiet ta’ Odessa kkonfermaw li l-qawwiet ta’ Putin sparaw erba’ cruise missiles lejn il-belt; għalkemm kollha inqerdu mill-qawwiet tad-difiża.

Kmieni filghodu kompla jidwi anke l-ħoss tas-sireni tal-air raids f’diversi bliet. Dan hekk kif il-Kremlin mhux iċedi mill-attakki tiegħu fuq zoni varji tal-Ukrajna – waqt li s-suldati ta’ Zelensky għaddejin bil-kontro-offensiva tagħhom.