Il-boxer u n-negozjant Mohamed Ali Ahmed Elmushraty magħruf bħala “Lilu King” huwa mfittex mill-awtoritajiet Libjani biex iwieġeb akkużi ta’ qtil u traffikar tad-droga, ħareġ fil-qorti. L-Ispettur Robinson Mifsud mit-taqsima tal-Interpol tat-Taqsima tar-Relazzjonijiet Internazzjonali tal-Pulizija kien wieħed mix-xhieda li tela’ fuq il-pedana f’seduta vivaċi quddiem il-maġistrat Donatella Frendo Dimech it-Tnejn wara nofsinhar.
Fis-7 ta’ Mejju, l-uffiċċju tal-Interpol ta’ Tripli kien bagħat aktar informazzjoni dwar “Mohammed Ali Al Musrati” li n-numru tal-passaport, id-data tat-twelid u dettalji oħra, kif ukoll ritratti, kollha kienu jaqblu ma’ dawk tal-akkużat. Il-Pulzija fi Tripli kienet qalet lill-pulizija Maltija li Elmushraty kien imfittex għal “reati serji.”
Huwa kien imfittex mill-Avukat Ġenerali ta’ Tripli b’rabta ma’ reati li kienu jinkludu traffikar ta’ droga, qtil, sħubija fi gruppi perikolużi u traffikar ta’ sustanzi illegali oħra, qal ix-xhud. Awtoritajiet miż-żewġ pajjiżi bħalissa kienu f’komunikazzjoni ma’ xulxin, bil-ħsieb li Elmushraty ta’ 31 sena, jiġi estradit, qal ix-xhud kontro-eżaminat mill-avukat Franco Debono, bix-xhud jgħid ukoll li kien konxju tas-sitwazzjoni fil-Libja.
Id-dokumenti nħarġu mill-Interpol Tripoli li kienet rikonoxxuta fuq il-pjattaforma tagħna l-istess bħall-Interpol Valletta. Debono qal li Elmushraty kien ingħata status ta’ refuġjat. Ix-xhud jgħid li ma kienx konxju ta’ dan, u l-qorti rrimarkat li x-xhud ma kienx semma dan il-fatt fuq status ta’ refuġjat u għalhekk ma setax jiġi kontro-eżaminat fuqu.
“Malta tatu status ta’ refuġjat għax kien qed jiġi ppersegwitat!” qal Debono, li ssuġġeriixxa li ma ntbagħtet l-ebda dokumentazzjoni ta’ sostenn. “Għaliex taħseb li ngħata l-istatus ta’ refuġjat? Kien qed jiġi ppersegwitat.” Mohamed Ali Ahmed Elmushraty jinsab mixli b’ħasil ta’ flus, evażjoni tat-taxxa u parteċipazzjoni fil-kriminalità organizzata. Huwa qed jiffaċċja wkoll akkużi oħra relatati ma’ ksur tal-kundizzjonijiet tal-pleġġ u sewqan mingħajr liċenzja.
Diversi drabi waqt is-seduta, Debono akkuża lill-prosekuzzjoni li ppruvat tqarraq bil-qorti u li naqset milli tħarrek lix-xhieda pajżana u dan meta l-Maġstrat tal-preżentata kien isoleċita lill-prosekuzzjoni sabiex iġibu ix-xhieda pajżana fl-ewwel seduta.
Agius Bonnici irribatta u qal li huwa kellu jġib provi biss biex jilħaq il-livell ta prima facie. . “Hu qal lill-qorti li skont l-istandards stabbiliti mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem ma kien hemm l-ebda ksur ta’ drittijiet.
Debono rrimarka li għadda xahar, saru erba’ seduti u madankollu kienu nstemgħu biss żewġ xhieda pajżana. “Qed ikaxkru saqajhom!” irrimarka Dr. Debono. Il-Maġistrat qalet li l-prosekuzzjoni ma kinitx qed tkaxkar saqajha. u qalet li pero trid tara fejn hi sejra.
Debono talab lill-prosekuzzjoni tressaq ix-xhieda ċivili kollha tagħha biex jixhdu fis-seduta li jmiss. “Xi tridni nagħmel? Hu ovvju li x-xhieda pajżana jridu jixhdu. Issa li l-qorti tat data għax-xhieda kollha, qed jgħid li ma jistax jinnotifikahom fil-ħin. Huwa inkredibbli, reġa’ rrimirka l-avukat!”
Il-maġistrat wieġbet li l-prosekuzzjoni ma kinitx qed tkaxkar saqajha u Agius Bonnici rrimarka li l-prosekuzzjoni qed iżżomm in-numru ta’ xhieda stipulati mill-qorti kull seduta. Jista’ jkun li ma jkunx possibbli li x-xhieda ċivili kollha jitressqu jixhdu f’perjodu ta’ żmien daqshekk qasir, huwa qal.
Debono talab li l-prosekuzzjoni tħarrek lix-xhieda ċivili kollha tagħha għas-seduta li jmiss. “Issa li l-qorti tat data għax-xhieda kollha qed jgħid li ma jistax jinnotifikahom fil-ħin. Huwa inkredibbli!”saħaq l-avukat. Il-prosekutur oġġezzjona għat-talbiet ta’ Debono u pprotesta fejn skont hu l-avukat difensur qed “jagħmel lilna bħala imbeċili”.
Imbagħad Debono irrimarka li l-maġistrat li kienet ratba wisq mal-prosekuzzjoni. “Mela l-qorti tordna lill-prosekuzzjoni tressaq il-provi tagħha, tiffissa data għall-provi kollha u ma jikkonformawx u allura ma tieħux passi kontrihom?…Hemm limitu,” saħaq Debono.
Agius Bonnici irrimarka li l-qorti allokat siegħa għax-xhieda tal-prosekuzzjoni u siegħa għall-argumenti tal-prosekuzzjoni u qal li hekk sar. Fadal 12-il xhud,” qal il-prosekutur. Il-qorti rrimarkat li s’issa ma rat l-ebda evidenza ta’ grupp ta’ kriminalità organizzata, u ħeġġet lill-prosekuzzjoni biex tkun kawta meta milli tuża “buzzwords”.
Debono qal li flok l-ewwel ressqet ix-xhieda pajżana importanti tagħhom, il-qorti kienet qed tisma’ lix-xhieda jixhdu għat-tieni darba minħabba problema teknika fir-recording. Il-maġistrat spjegat li l-każ ma kienx ibbażat fuq xhieda pajżana, iżda żiedet tgħid li tixtieq tibda tisma’ provi relatati mal-akkuża ta’ ħasil ta’ flus. “Ħasil ir-rikavat minn xiex?
Liema reat irriżulta fir-rikavat li jeħtieġ li jinħasel? Għadni ma smajt xejn dwar dan. L-attività sottostanti għall-ħasil tal-flus hi ppruvata kemm minn xhieda pajżana kif ukoll mill-pulizija.” Frendo Dimech esprimit ukoll irritazzjoni għall-kummenti ripetuti ta’ Debono fil-qorti.
“M’għandi l-ebda setgħa li niddetta dak li l-liġi ma tagħtinix is-setgħa li tordna.” Debono akkuża lill-prosekuzzjoni li qed iżżejjen is-sitwazzjoni. “Nifhem x’inhi l-investigazzjoni. Issa ġib xhieda biex tissostanzjaha”, saħaq l-Avukat Debono mal-prosekuzzjoni.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Alfredo Mangion u Tonjoe Farrugia, assistita mill-Avukati tal-AĠ Antoine Agius Bonnici u Dejan Darmanin. Id-Difiża tmexxiet mill-avukati Franco Debono, Marion Camilleri u Francesca Zarb.
//= $special ?>