Sport Sport Ieħor

Powerlifting: Jitkomplew il-Kampjonati tad-Dinja Open Classic

Tkomplew il-Kampjonati tad-Dinja Open Classic tal-Powerlifting organizzati hawn Malta minn Powerlifting Malta.

F’ġurnata oħra ta’ kompetizzjoni, minn Grupp B, Fabiana Bermudez fil-kategorija 69 kilo temmet b’total ta’ 287.5 kilo wara li kellha squat ta’ 97. Kilo, 60 kilo fil-bench press u 130 kilo fid-dead lift.

Charles Degiorgio fil-kategorija 83 kilo kellu 230 kilo squat, 110 kilo fil-bench press u 240 kilo deadlift għal total ta’ 580 kilo.

Ian Pace fil-kategorija 83 kilo kiseb record nazzjonali meta refa’ total ta’ 612.5 kilo. Huwa kellu 227.5 kilo squat, 132 kilo fil-bench press u dead lift ta’ 252.5 kilo.

Kim Grech fil-kategorija 76 kilo refgħet 125 kilo squat, 67.5 kilo bench press u 142.5 kilo deadlift għal total ta’ 335 kilo.

Alessandro Valastro fil-kategorija 93 kilo wara li refa’ 222.5 kilo squat kellu 140 kilo fil-bench press.