Kurżitajiet

Qed tagħmel ħażin għal saħtek jekk tieħu siesta ta’ iktar minn 30 minuta

Kont taf li raqda twila hi assoċjata ma’ riskju ikbar ta’ obesità filwaqt li raqda qasira tnaqqaslek ir-riskju ta’ pressjoni għolja?

Studju li ħareġ riċentament juri kif hemm konnesjoni bejn is-saħħa tal-bniedem u l-ammont ta’ ħin li wieħed jiddedika għall-irqad.

Minn dan l-istudju ħareġ kif fil-maġġoranza ta’ dawk li jorqdu iktar minn 30 minuta għandhom tnejn fil-mija iktar piż meta kkumparati ma’ dawk li jieħdu siesta qasira.

L-istess nies urew li għandhom riskju ikbar ta’ 23 fil-mija ta’ obestià u 40 fil-mija riskju ikbar ta’ kundizzjonijiet mediċi oħra. Minn naħa l-oħra, dawk li jieħdu siesta ta’ inqas minn 30 minuta għandhom inqas riskju ta’ pressjoni għolja, propju 21 fil-mija.