Dalgħodu ġiet mniedija s-sejħa għall-artisti biex jissottomettu l-applikazzzjonijet tagħhom għad-disinn ta’ mafkar f’ġieħ l-eks Prim Ministru Karmenu Mifsud Bonnnici. Dan il-mafkar tal-bronż ser jitpoġġa f’Mistraħ Kastilja.
Il-mafkar se jfakkar il-memorja ta’ Mifsud Bonnici, is-suċċessur tal-Prim Ministru Mintoff, li serva bħala konsulent tal-General Workers Union kif ukoll bħala attivist fl-għaqdiet tal-knisja. Dan qabel ma laħaq Prim Ministru fl-1984.
Is-sejħa biex isir dan il-mafkar, fetħet it-Tnejn u se tibqa’ miftuħa sa nofs Settembru.
Noel Zammit, il-Kap Ezekuttiv ta’ Heritage Malta qal li l-proċess biex isir dan il-mafkar għandu jieħu bejn sena …u sena u nofs.
Id-dokument għal-artisti jista’ jiġi aċċessat mill-website ta’ Heritage Malta kif ukoll mill-media soċjali. Kull artist jista jissottometti sa żewġ proposti. L-artist jista jaħdem kemm waħdu kif ukoll fi grupp li jinkludi artisti oħra kemm Maltin kif ukoll barranin.
//= $special ?>