Lokali

Titħassar it-titjira tal-AirMalta minn Pariġi lejn Malta

Minħabba l-kundizzjonijiet klimatiċi fuq Franza u l-Ewropa Ċentrali, kien meħtieġ titħassar it-titjiira KM466/467 minn Pariġi għal Malta fit-18 ta’ Ġunju.

Il-kundizzjonijiet tat-temp ipprojbixxew titjiriet milli jaslu fl-ajruport ta’ Orly, kif ukoll l-ajruplani ma setgħux jitilqu waqt il-curfew ta’ bil-lejl. Dawn ir-restrizzjonijiet kienu fis-seħħ fl-ajruport ta’ Orly.

Il-passiġġieri kollha ingħataw akkomodazzjoni f’lukanda matul il-lejl, u jekk jippermetti t-temp, ser issir titjira addizzjonali li ser topera nhar it-Tnejn 19 ta’ Ġunju.