Lokali Parlament

1,127 persuna jistennew operazzjonijiet ta’ proċedura ortopedika aktar mill-perjodu stipulat mill-Patient Charter

Hemm1,127 persuna jistennew operazzjonijiet ta’ proċedura ortopedika aktar mill-perjodu stipulat mill-Patient Charter. Dan jirriżulta minn tweġibiet parlamentari tad-deputat Prim Ministru Chis Fearne.

Id-deputat Nazzjonalista Ian Vassallo Hagi staqsa lill-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne jgħid kemm hi l-lista ta’ stennija għall-proċedura ortopedika magħrufa bħala partial knee replacement u għall-proċedura ortopedika magħrufa bħala total knee replacement.

Id-deputat Prim Ministru wieġeb li l-lista ta’ stennija għall-proċedura ortopedika partial knee replacement ta’ żmien aktar minn dak stipulat fil-Patient Charter hija ta’ 80 persuna waqt li li l-lista ta’ stennija għall-proċedura ortopedika total knee replacement ta’ żmien aktar minn dak stipulat fil-Patient Charter hija ta’ 896 persuna

Id-deputat Nazzjonalista Ian Vassallo Hagi staqsa wkoll lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hi l-lista ta’ stennija għall-proċedura ortopedika magħrufa bħala hip replacement. Id-Deputat Prim Ministru wieġeb li din il-lista ta’ stennija għall-proċedura ortopedika hip replacement ta’ żmien aktar minn dak stipulat fil-Patient Charter hija ta’ 151 persuna.