Lokali Parlament

4,125 liċenzja ta’ ‘Y Plate’ bejn l-2013 u April tal-2023; issa qed jinħarġu erba’ kuljum

Bejn l-2013 u April tal-2023 inħarġu 4,125 liċenzja ta’ Y plate; bis-sitwazzjoni issa tkun waħda li fiha qed jinħarġu medja ta’ erba’ liċenzji kuljum.

Dan jirriżulta minn tweġiba parlamentari li ta l-Ministru Aaron Farrugia għal mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Albert Buttigieg.

Il-Ministru Farrugia ta lista ta’ kemm inħarġu liċenzji ta’ Y plate fejn jirrizulta li fl-2013 inħarġu 84 liċenzja, fl-2014 inħarġu 81 liċenzja, fl-2015 inħarġu 108 liċenzja, fl-2016 inħarġu 108 liċenzja, fl-2017 inħarġu 257 liċenzja, fl-2018 inħarġu 556 liċenzja, fl-2019 inħarġu 593 liċenzja, fl-2020 inħarġu 526 liċenzja, fl-2021 inħarġu 252 liċenzja, fl-2022 inħarġu 1,026 liċenzja waqt li sa April tal-2023 inħarġu 534 liċenzja ta’ Y plate.

Dan ifisser li fl-2013 inħarġu 84 liċenzja ta’ Y plate li tfisser ħruġ ta’ liċenzja kull erbat ijiem waqt li fl-2023 qed joħorġu iktar minn erba’ liċenzji kuljum ta’ Y plate.